Talba mill-Kunsill biex tiġi applikata l-proċedura ta' urġenza (Artikolu 142 tar-Regoli ta' Proċedura) għal:
- Abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, dwar l-allokazzjoni ta' possibilitajiet ta' sajd fl-ibħra tal-UE għall-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela fiz-zona ekonomika esklussiva lilhinn mill-kosta tal-Gwijana Franċiża [C7-0121/2011 – 08202/2011 – 2010/0392(NLE)]
Tkellem Crescenzio Rivellini (rapporteur).
It-talba għal proċedura ta' urġenza ġiet irrifjutata.