7.8. Protokoll futur li jiddelinea l-opportunitajiet għas-sajd u l-kumpens finanzjarju li hemm dispost għalihom fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk (votazzjoni)
(Il-mozzjoni għal riżoluzzjoni B7-0698/2011 waqgħet.)
Interventi
Guido Milana f'isem il-Grupp S&D, ressaq emenda orali bil-għan li żżid il-paragrafu 7a l-ġdid u Struan Stevenson dwar din l-emenda orali. L-emenda orali ġiet adottata.