Rapport interim dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Uzbekistan, min-naħa l-oħra, li jemenda l-Ftehim sabiex jestendi d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim għall-kummerċ bilaterali fit-tessuti, b'konsiderazzjoni tal-iskadenza tal-Ftehim bilaterali dwar it-tessuti [16384/1/2010 - C7-0097/2011- 2010/0323(NLE)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: George Sabin Cutaş (A7-0427/2011)
George Sabin Cutaş ippreżenta r-rapport tiegħu.
Tkellem Olli Rehn (Viċi President tal-Kummissjoni).
Tkellmu Cristiana Muscardini f'isem il-Grupp PPE, Nicole Kiil-Nielsen (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AFET), David Martin f'isem il-Grupp S&D, Niccolò Rinaldi f'isem il-Grupp ALDE, Keith Taylor f'isem il-Grupp Verts/ALE, Paul Murphy f'isem il-Grupp GUE/NGL, Matteo Salvini f'isem il-Grupp EFD, Daniel Caspary, Maria Eleni Koppa, Catherine Bearder, Inese Vaidere, Justas Vincas Paleckis u Joachim Zeller.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Nicole Sinclaire u Csanád Szegedi.