Id-Dikjarazzjoni bil-Miktub 0039/2011 ippreżentata mill-Membri Véronique Mathieu, Roberta Angelilli, Edite Estrela, Jean Lambert, Katarína Neveďalová dwar il-Jum Internazzjonali tal-Bniet ġiet iffirmata mill-maġġoranza tal-Membri tal-Parlament. Għalhekk, skont l-Artikolu 123(3) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura, se titressaq lid-destinatarji tagħha u tiġi ppubblikata fit-Testi Adottati ta' din is-seduta (P7_TA(2011)0593) waqt li l-ismijiet tal-firmatarji jiġu indikati fil-Minuti (ara l-Anness 1).
Tkellem Edite Estrela.
° ° ° °
Tkellem Lothar Bisky, li indika li Willy Meyer, f'Ottubru li għadda fis-Saħara tal-Punent, l-awtoritajiet Marokkini żammewh fiżikament milli jinżel mill-ajruplan tiegħu, u pprotesta kontra din l-imġiba (Il-President żgurah mis-solidarjetà tal-Parlament).
Tkellmu Nicole Sinclaire dwar il-proċedura tad-dikjarazzjonijiet bil-miktub u Sonia Alfano dwar l-għargħar li laqat dan l-aħħar lil Sqallija.