Il-President ħabbar li rċieva l-kandidaturi li ġejjin għall-elezzjoni tal-Viċi Presidenti: Alexander Alvaro, Roberta Angelilli, Isabelle Durant, Othmar Karas, Miguel Angel Martínez Martínez, Edward McMillan-Scott, Georgios Papastamkos, Gianni Pittella, Anni Podimata, Jacek Protasiewicz, László Surján, Indrek Tarand, Alejo Vidal-Quadras, Oldřich Vlasák u Rainer Wieland.
Peress li n-numru ta' kandidati jaqbeż in-numru ta' siġġijiet battala, il-President ippropona li l-Viċi Presidenti jiġu eletti b'votazzjoni sigrieta b'konformità mal-Artikolu 15(1) tar-Regoli ta' Proċedura.
Il-President fakkar fid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 15(1) tar-Regoli ta' Proċedura, u għarraf l-Assemblea bil-proċedura li kellha tiġi segwita għall-votazzjoni.
L-Assemblea għaddiet għall-votazzjoni.
(Is-seduta ġiet sospiża fit-20.05 għall-għadd tal-voti, u tkompliet fid-21.15)