Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tlieta, 17 ta' Jannar 2012 - Strasburgu

7. L-elezzjoni tal-Viċi President tal-Parlament Ewropew (tkomplija)
Rapporti Verbatim

Il-President ħabbar ir-riżultati tal-ewwel rawnd ta' votazzjoni:

- Numru ta' voti mitfugħa      703

- Voti vojta jew imħassra   14

- Voti validi:         689

- Maġġoranza assoluta:      345

(Il-lista tal-Membri li vvutaw hija annessa mal-Minuti: Anness 2 tal- Minuti ta' 17.1.2012)

Il-kandidati f'ordni skont l-għadd ta' voti miksuba:

- Alejo Vidal-Quadras:   325 vot

- Georgios Papastamkos:      324 vot

- Roberta Angelilli:      316-il vot

- Gianni Pittella:      306 voti

- Othmar Karas:      305 voti

- Miguel Angel Martínez Martínez:      276 vot

- Anni Podimata:      269 vot

- Rainer Wieland:      268 vot

- Jacek Protasiewicz:      267 vot

- László Surján:      256 vot

- Edward McMillan-Scott:      225 vot

- Alexander Alvaro:      199 vot

- Oldřich Vlasák:      196 vot

- Isabelle Durant:      182 vot

- Indrek Tarand:      104 voti

Il-President innota li l-ebda kandidat ma kiseb il-maġġoranza assoluta tal-voti u għalhekk is-siġġijiet kollha għadhom battala.

Il-President innota wkoll li ma ġiet irtirata l-ebda kandidatura u għalhekk jeħtieġ li jsir it-tieni rawnd ta' votazzjoni.

L-Assemblea għaddiet għall-votazzjoni.

Tkellem Sergio Paolo Francesco Silvestris.

(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta għall-għadd tal-voti: 21.40 Ħin li fih tkompliet is-seduta: 22.40)

PRESIDENZA: Martin SCHULZ
President

Avviż legali - Politika tal-privatezza