Il-President ħabbar li l-ebda kandidat ma kien kiseb il-maġġoranza assoluta tal-voti mitfugħa validi.
Tkellem Indrek Tarand, li indika li kien irtira l-kandidatura tiegħu.
Tkellmu Robert Atkins, Daniel Cohn-Bendit u Thomas Mann (Il-President fakkar id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13(1) tar-Regoli ta' Proċedura).
Peress li n-numru ta' kandidati, wara li Indrek Tarand irtira l-kandidatura tiegħu, ma kienx jaqbeż in-numru ta' siġġijiet battala, il-President ippropona li l-Viċi Presidenti jiġu eletti b'akklamazzjoni, b'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regoli ta' Proċedura, u li l-Assemblea tgħaddi għall-votazzjoni sabiex tiġi stabbilita l-ordni ta’ preċedenza tal-Viċi Presidenti.
Il-Parlament approva l-proposta.
Il-President ippreċiża li Doris Pack ħadet post Vladko Todorov Panayotov għall-għadd tal-voti.
L-Assemblea għaddiet għall-votazzjoni.
(Is-seduta ġiet sospiża fid-9.30 għall-għadd tal-voti, u tkompliet fl-10.00)