Il-President ta merħba lil Maria Auxiliadora Correa Zamora, Juan Naranjo Escobar, Daniël van der Stoep, Ana Miranda u Younous Omarjee (punt 3 tal- Minuti ta' 16.1.2012 "Kompożizzjoni tal-Parlament")
° ° ° °
L-awtoritajiet kompetenti tal-Portugall kienu avżaw bl-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Inês Cristina Quintas Zuber minflok Ilda Figueiredo bħala Membru tal-Parlament, b'effett mit-18 ta' Jannar 2012.
Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tagħha jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Inês Cristina Quintas Zuber tieħu postha fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u tgawdi mid-drittijiet marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel tidħol fil-kariga fil-Parlament tkun għamlet dikjarazzjoni bil-miktub li hija ma għandha ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew .