Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 18 ta' Jannar 2012 - Strasburgu

10. Atti delegati (Artikolu 87a tar-Regoli ta' Proċedura)

L-abbozzi ta' atti delegati li ġejjin intbagħtu lill-Parlament:

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) tal-21.12.2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1569/2007 li jistabbilixxi mekkaniżmu għad-determinazzjoni ta’ l-ekwivalenza għall-istandards tal-kontabilità applikati mill-emittenti tal-pajjiż terz ta’ titoli skond id-Direttiva 2003/71/KE u 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill - (C(2011)9585) - skadenza : 21.03.2012
irreferut responsabbli : ECON
opinjoni : JURI

- Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) tal-21.12.2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 809/2004 li implimenta d-Direttiva2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' elementi relatati mal-prospetti u r-reklami - (C(2011)9591) - skadenzi : 21.03.2012
irreferut responsabbli : ECON
opinjoni : JURI

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) tas-6.1.2012 li jemenda l-Anness II għar-Regolament Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sors tad-dejta u tal-parametri tad-dejta li għandhom ikunu rrappurtati mill-Istati Membri - (C(2011)9986) - skadenzi : 06.03.2012
irreferut responsabbli : ENVI
opinjoni : ITRE

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) tas-16.1.2012 li jisspplimenta d-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (riformulazzjoni) billi jistabbilixxi qafas ta' metodoloġija komparattiva għall-kalkolu tal-livelli kostottimali tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment enerġetiku tal-bini u tal-elementi tal-bini - (C(2011)10050) - skadenza : 16.03.2012
irreferut responsabbli : ITRE

Avviż legali - Politika tal-privatezza