Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 18 ta' Jannar 2012 - Strasburgu

11. Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 88 tar-Regoli ta' Proċedura)

Intbagħtu lill-Parlament l-abbozzi ta' miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin li jaqgħu taħt il-proċedura regolatorja bi skrutinju:

- Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru .../... ta’ XXX li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 fir-rigward ta' emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 6) (D016983/03 - 2012/2507(RPS) - skadenza: 11/04/2012)
irreferut responsabbli: ENVI
opinjoni: IMCO

- Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru .../... ta’ XXX li jemenda r-Regolament (KE) Nru 692/2008, dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur li jużaw l-idroġenu u taħlitiet ta' idroġenu u gass naturali bħala fjuwil fir-rigward ta' emissjonijiet, u l-inklużjoni ta' informazzjoni speċifika dwar vetturi mgħammra b'power train elettrika fid-dokument ta' informazzjoni għall-għan tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE (D016995/01 - 2012/2508(RPS) - skadenza: 11/04/2012)
irreferut responsabbli: ENVI
opinjoni: IMCO

- Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru .../... ta’ XXX li jemenda l-Annessi I u IX, li jissostitwixxi l-Anness VIII tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi ("Direttiva Kwadru"), u li jemenda l-Annessi I u XII tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (D017002/01 - 2012/2510(RPS) - skadenza: 12/04/2012)
irreferut responsabbli: ENVI
opinjoni: IMCO

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 62/2006 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità fir-rigward tas-subsistema “applikazzjonijiet telematiċi għas-servizz tat-trasport tal-merkanzija” tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea konvenzjonali (D017247/02 - 2012/2503(RPS) - skadenza: 05/04/2012)
irreferut responsabbli: TRAN

- Direttiva tal-Kummissjoni .../…/UE li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex il-metilnonilketon jiġi inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I għaliha (D017345/02 - 2012/2518(RPS) - skadenza: 12/04/2012)
irreferut responsabbli: ENVI

- Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar in-noninklużjoni tad-diklorvos għall-prodott tat-tip 18 fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (D017594/01 - 2012/2514(RPS) - skadenza: 12/04/2012)
irreferut responsabbli: ENVI

- Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar in-nuqqas ta' inklużjoni tan-naled għall-prodotti tat-tip 18 fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (D017613/01 - 2012/2515(RPS) - skadenza: 12/04/2012)
irreferut responsabbli: ENVI

- Direttiva tal-Kummissjoni .../…/UE li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi l-aċidu idrokloriku bħala sustanza attiva fl-Anness I għaliha (D017615/02 - 2012/2516(RPS) - skadenza: 12/04/2012)
irreferut responsabbli: ENVI

- Direttiva tal-Kummissjoni .../…/UE li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex l-estratt tal-margosa jiġi inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I għaliha (D017619/02 - 2012/2517(RPS) - skadenza: 12/04/2012)
irreferut responsabbli: ENVI

- Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar it-tieni sett ta' miri komuni tas-sikurezza fir-rigward tas-sistema ferrovjarja (D017639/02 - 2012/2504(RPS) - skadenza: 10/04/2012)
irreferut responsabbli: TRAN

- Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru .../... li jistipula, skont id-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, regoli dettaljati dwar il-kalkolu tal-effiċjenzi tar-riċiklaġġ tal-proċessi ta' riċiklaġġ tal-iskart ta' batteriji u ta' akkumulaturi (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) (D017728/01 - 2012/2502(RPS) - skadenza: 05/04/2012)
irreferut responsabbli: ENVI

Avviż legali - Politika tal-privatezza