16.2. Konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew (8-9 ta' Diċembru 2011) dwar abbozz ta' ftehim internazzjonali dwar Unjoni ta' Stabbiltà Fiskali (votazzjoni)
Il-votazzjoni kienet preċeduta minn rawnd ta' interventi mill-gruppi politiċi.
Tkellmu Elmar Brok f'isem il-Grupp PPE, Roberto Gualtieri f'isem il-Grupp S&D, Guy Verhofstadt f'isem il-Grupp ALDE, Daniel Cohn-Bendit f'isem il-Grupp Verts/ALE, Martin Callanan f'isem il-Grupp ECR, Søren Bo Søndergaard f'isem il-Grupp GUE/NGL, Nigel Farage f'isem il-Grupp EFD, u Andreas Mölzer Membru mhux affiljat.
Tkellem José Manuel Barroso (President tal-Kummissjoni).