Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
Il-Ħamis, 19 ta' Jannar 2012 - Strasburgu

13. Pożizzjonijiet tal-Kunsill fl-1 qari

Il-President ħabbar, skont l-Artikolu 61(1) tar-Regoli ta' Proċedura, li kien irċieva mingħand il-Kunsill il-pożizzjonijiet komuni li ġejjin, flimkien mar-raġunijiet li wasslu lill-Kunsill biex jadottahom, kif ukoll il-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar:

- Pożizzjoni tal-Kunsill bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2000/75/KE fir-rigward tat-tilqima kontra l-bluetongue (16696/1/2011 - C7-0011/2012 - 2010/0326(COD))
irreferut responsabbli: AGRI

- Pożizzjoni tal-Kunsill wara l-ewwel qari bil-ħsieb li tiġi adottata deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi programm pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju (16226/1/2011 - C7-0012/2012 - 2010/0252(COD))
irreferut responsabbli: ITRE

Il-perjodu ta' tliet xhur għad-dispożizzjoni tal-Parlament sabiex jadotta l-pożizzjoni tiegħu kellu jibda għalhekk mill-għada, 20 ta' Jannar 2012.

Avviż legali - Politika tal-privatezza