Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 15 ta' Frar 2012 - Strasburgu

6. Kompożizzjoni tal-Parlament

L-awtoritajiet kompetenti tal-Irlanda kienu avżaw bl-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Emer Costello minflok Proinsias De Rossa bħala Membru tal-Parlament, b'effett mid-data 15 ta' Frar 2012.

Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tagħha jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Emer Costello tieħu postha fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u tgawdi mid-drittijiet marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel tidħol fil-kariga fil-Parlament tkun għamlet dikjarazzjoni bil-miktub li hija ma għandha ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.

Avviż legali - Politika tal-privatezza