Il-President għamel dikjarazzjoni li fiha tkellem dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja u kkundanna r-repressjoni mmexxija mill-awtoritajiet Sirjani kontra l-popolazzjoni. Appella lill-President Bashar el-Assad biex jippermetti d-dħul tal-għajnuna umanitarja fis-Sirja għall-ġid tal-popolazzjoni ċivili.
Fl-okkażjoni tal-Jum ta' kommemorazzjoni tal-vittmi tat-terroriżmu, ikkummenta dwar l-attentat ta' Madrid tal-11 ta' Marzu 2004, u esprima s-solidarjetà tal-Parlament lill-familji tal-vittmi tal-attentati terroristiċi kollha.
Fl-aħħar, fakkar id-diżastru ta' Fukushima li seħħ sena ilu.
Il-Parlament osserva minuta silenzju f'tifkira tal-vittmi.