L-abbozz finali tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' Marzu I 2012 (PE 483.918 PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet imsemmija hawn taħt (Artikolu 140 tar-Regoli ta' Proċedura):
It-Tnejn
Ma ġiet proposta l-ebda bidla.
It-Tlieta
Ir-rapport ta' Eva Lichtenberger dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari ta' Krisztina Morvai (A7-0050/2012), adottat mill-Kumitat JURI, tniżżel fil-ħin għall-votazzjonijiet ta' nhar it-Tlieta 13 ta' Marzu 2012.
Talba tal-Grupp PPE biex jiddaħħal, b'dibattitu, fl-aġenda ta' nhar it-Tlieta, ir-Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti Regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-proċeduri għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri (A7-0028/2012) ta' Godelieve Quisthoudt-Rowohl, diġà mniżżel fil-ħin għall-votazzjonijiet ta' nhar it-Tlieta (punt 33 tal-abbozz definittiv tal-aġenda).
Tkellem Daniel Caspary f'isem il-Grupp PPE, li ressaq it-talba.
Il-Parlament approva din t-talba.
Ir-rapport tniżżel fl-aħħar tal-aġenda ta' nhar it-Tlieta 13 ta' Marzu 2012 u l-votazzjoni se ssir l-Erbgħa 14 ta' Marzu 2012.
L-Erbgħa
Talba tal-Grupp PPE biex tiddaħħal fl-aġenda, eżatt wara d-dibattitu dwar is-sitwazzjoni fin-Niġerja (punt 75 tal-abbozz definittiv tal-aġenda), Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar is-sitwazzjoni fil-Bjelorussja.
Tkellem José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra f'isem il-Grupp PPE, li ressaq it-talba.
Il-Parlament approva din t-talba.
Id-dikjarazzjoni ddaħħlet fl-aġenda tal-Erbgħa wara d-dibattitu dwar is-sitwazzjoni fin-Niġerja u l-votazzjoni se ssir il-Ħamis 15 ta' Marzu 2012.
L-iskadenzi għat-tressiq li ġejjin ġew iffissati:
Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni: it-Tlieta 13 ta' Marzu 2012 f'12:00
emendi u mozzjonijiet għal riżoluzzjoni konġunti: l-Erbgħa 14 ta' Marzu 2012 f'12:00
emendi għall-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni konġunti: l-Erbgħa14 ta' Marzu 2012 fis-13:00
Il-Ħamis
Ma ġiet proposta l-ebda bidla.
° ° ° °
Hekk ġie stabbilit l-ordni tal-ħidma.
Tkellem Francesco Enrico Speroni rigward id-dikjarazzjoni dwar il-piraterija marittima (punt 89 tal-abbozz definittiv tal-aġenda).