L-awtoritajiet kompetenti tal-Finlandja kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Risto E.J. Penttilä minflok Ville Itälä, bħala Membru tal-Parlament, b'effett mill-1ta' Marzu 2012.
Wara din il-komunikazzjoni, Risto E.J. Penttilä rriżenja mill-mandat tiegħu bħala Membru tal-Parlament Ewropew b'effett mill-1 ta' Marzu 2012.
Bi qbil mal-Artikolu 4(1) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura, il-Parlament ikkonstata l-post battal tas-siġġu tiegħu minn din id-data u għarraf lill-awtorità nazzjonali kkonċernata b'dan.