Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ) jidhru fl-Anness 'Riżultati tal-Votazzjonijiet', mehmuż mal-Minuti.
Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq Europarl.
° ° ° °
Tkellmu Sajjad Karim li ddeplora l-attentat tat-12 ta' Marzu 2012 kontra moskea fil-periferija ta' Brussell, li fih tilef ħajtu l-imam, u Krisztina Morvai dwar il-kwistjoni tal-immunità parlamentari.
8.1. Ftehim UE/Islanda u Norveġja dwar l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni dwar Assistenza Reċiproka f'Materji Kriminali *** (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rakkomandazzjoni dwar id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tad-29 ta' Mejju 2000 dwar Assistenza Reċiproka f'Materji Kriminali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Protokoll tal-2001 miegħu [05306/2010 - C7-0030/2010- 2009/0189(NLE)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Claude Moraes (A7-0020/2012)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 1)
Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim.
8.2. Talba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari ta' Krisztina Morvai (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar it-tneħħija tal-immunità parlamentari ta' Krisztina Morvai [2010/2285(IMM)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Eva Lichtenberger (A7-0050/2012)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 2)
Andrew Henry William Brons, qabel il-votazzjoni, dwar il-proċedura rigward dan ir-rapport dwar l-immunità parlamentari.
8.3. Is-suċċessjonijiet u ċ-Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar tad-deċiżjonijiet u l-istrumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u l-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni [COM(2009)0154 - C7-0236/2009- 2009/0157(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Kurt Lechner (A7-0045/2012)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 3)
8.4. L-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea - 2011 (votazzjoni)
Rapport dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea - 2011 [2011/2244(INI)] - Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi. Rapporteur: Sophia in 't Veld (A7-0041/2012)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 4)
Sari Essayah, qabel il-votazzjoni, dwar il-verżjoni Finlandiża ta' dan ir-rapport.
Sophia in 't Veld (rapporteur), dwar il-votazzjoni dwar il-paragrafu 58.
Carl Schlyter, dwar il-votazzjoni dwar l-emenda 26S.
Licia Ronzulli, qabel il-votazzjoni finali, dwar il-kontenut ta' dan ir-rapport.
Bernd Posselt, Sergio Paolo Francesco Silvestris u Joseph Daul dwar problema teknika matul il-votazzjoni finali.
8.5. Nisa fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet Politiċi (votazzjoni)
Rapport dwar in-nisa fit-teħid ta' deċiżjonijiet politiċi – kwalità u ugwaljanza [2011/2295(INI)] - Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi. Rapporteur: Sirpa Pietikäinen (A7-0029/2012)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 5)
Sirpa Pietikäinen (rapporteur) ipproponiet emenda orali dwar il-kunsiderazzjoni 8. L-emenda orali ġiet aċċettata.
8.6. L-Istatut għal Soċjetà Kooperattiva Ewropea fir-rigward tal-involviment tal-impjegati (votazzjoni)
Rapport dwar l-Istatut għal Soċjetà Kooperattiva Ewropea fir-rigward tal-involviment tal-impjegati [2011/2116(INI)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Sven Giegold (A7-0432/2011)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 6)
Rapport dwar il-kontribut tal-istituzzjonijiet Ewropej għall-konsolidazzjoni tal-Proċess ta' Bolonja [2011/2180(INI)] - Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni. Rapporteur: Luigi Berlinguer (A7-0035/2012)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 7)
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI ALTERNATTIVA (imressqa mill-Grupp GUE/NGL)
Luigi Berlinguer (rapporteur), qabel il-votazzjoni.
8.8. Statistika Ewropea (votazzjoni)
Rapport dwar il-ġestjoni tal-kwalità għall-Istatistika Ewropea [2011/2289(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Edward Scicluna (A7-0037/2012)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 8)
Sophia in 't Veld ipproponiet emenda orali għall-paragrafu 1. L-emenda orali ma ġietx aċċettata, billi aktar minn 40 Membru opponew li din tiġi kkunsidrata.