Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Internazzjonali tal-2010 dwar il-Kawkaw [09771/2011 - C7-0206/2011- 2010/0343(NLE)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Vital Moreira (A7-0024/2012)
Andris Piebalgs (Membru tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni.
Tkellmu Elisabeth Köstinger f'isem il-Grupp PPE, Maria Badia i Cutchet f'isem il-Grupp S&D, Niccolò Rinaldi f'isem il-Grupp ALDE, Bart Staes f'isem il-Grupp Verts/ALE, Helmut Scholz f'isem il-Grupp GUE/NGL, Andreas Mölzer Membru mhux affiljat, Daniel Caspary, Gianluca Susta, George Sabin Cutaş u David Martin.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Miroslav Mikolášik u Gesine Meissner.
Tkellmu Andris Piebalgs u Vital Moreira.
PRESIDENZA: Othmar KARAS Viċi President
It-tħaddim tat-tfal fis-settur tal-kawkaw
Mozzjoni għal riżoluzzjoni biex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura:
- Vital Moreira, f'isem il-Kummissjoni Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, dwar it-tħaddim tat-tfal fis-settur tal-kawkaw (2011/2957(RSP)) (B7-0126/2012).