(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 19.50 Ħin li fih tkompliet is-seduta: 21.00)
PRESIDENZA: Miguel Angel MARTÍNEZ MARTÍNEZ Viċi President
17. Kompożizzjoni tal-Parlament
L-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit ikkomunikaw l-elezzjoni ta' Rebecca Elisabeth Taylor bħala Membru tal-Parlament Ewropew minflok Diana Wallis.
Il-Parlament ħa nota ta' dan b'effett mit-8 ta' Marzu 2012.
Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tagħha jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Rebecca Elisabeth Taylor tieħu postha fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u tgawdi mid-drittijiet marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel tidħol fil-kariga fil-Parlament tkun għamlet dikjarazzjoni bil-miktub li hija ma għandha ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew .