Indiċi 
Minuti
PDF 235kWORD 132k
L-Erbgħa, 14 ta' Marzu 2012 - Strasburgu
1.Ftuħ tas-seduta
 2.Kompożizzjoni tal-Parlament
 3.Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 88 tar-Regoli ta' Proċedura)
 4.Atti delegati (Artikolu 87a tar-Regoli ta' Proċedura)
 5.Rapport dwar it-tkabbir għal Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (dibattitu)
 6.Rapport dwar it-tkabbir għall-Islanda (dibattitu)
 7.Rapport dwar it-tkabbir għall-Bosnja-Ħerzegovina (dibattitu)
 8.Dikjarazzjoni tal-Presidenza
 9.Ħin tal-votazzjonijiet
  
9.1.Fond Ewropew għas-Sajd ***I (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
  
9.2.Kwota tariffarja awtonoma għall-importazzjonijiet tal-laħam taċ-ċanga ta’ kwalità għolja ***I (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
  
9.3.Politika kummerċjali komuni ***I (votazzjoni)
  
9.4.Linji gwida ġenerali għall-baġit 2013 – Taqsima III – Il-Kummissjoni (votazzjoni)
  
9.5.Il-mandat tal-Kumitat Speċjali għall-Kriminalità Organizzata, il-Korruzzjoni u l-Ħasil tal-Flus (votazzjoni)
  
9.6.Taħriġ ġudizzjarju (votazzjoni)
  
9.7.It-tħaddim tat-tfal fis-settur tal-kawkaw (votazzjoni)
  
9.8.Ftehim Internazzjonali tal-2010 dwar il-Kawkaw *** (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
  
9.9.Il-ġlieda kontra l-epidemija tad-dijabete fl-UE (votazzjoni)
  
9.10.Rapport dwar it-tkabbir għal Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (votazzjoni)
  
9.11.Rapport dwar it-tkabbir għall-Islanda (votazzjoni)
  
9.12.Rapport dwar it-tkabbir għall-Bosnja-Ħerzegovina (votazzjoni)
 10.Spjegazzjonijiet tal-vot
 11.Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot
 12.Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta ta' qabel
 13.Ir-riżultat tal-elezzjonijiet presidenzjali fir-Russja (dibattitu)
 14.Kazakistan (dibattitu)
 15.Is-sitwazzjoni fin-Niġerja (dibattitu)
 16.Sitwazzjoni fil-Bjelorussja (dibattitu)
 17.Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
 18.Naffrontaw b'mod effikaċi l-isfida tal-piraterija marittima (dibattitu)
 19.L-aġenda tas-seduta li jmiss
 20.Għeluq tas-seduta
 REĠISTRU TAL-ATTENDENZA


PRESIDENZA: Miguel Angel MARTÍNEZ MARTÍNEZ
Viċi President

1. Ftuħ tas-seduta

Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 09.00.

°
° ° °

Il-President għarraf li l-President tal-Parlament se jfakkar fil-bidu tal-ħin tal-votazzjonijiet lill-vittmi tal-inċident tat-triq li seħħ dan il-lejl fi Svizzera, u li kkawża bosta mejtin, fosthom 22 tifel u tifla.

Tkellmu Véronique De Keyser u Marianne Thyssen.


2. Kompożizzjoni tal-Parlament

L-awtoritajiet kompetenti tal-Finlandja kienu avżaw bl-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Petri Sarvamaa minflok Risto E.J. Penttilä bħala Membru tal-Parlament, b'effett mid-data 1 ta' Marzu 2012.

Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tiegħu jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Petri Sarvamaa jieħu postu fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdi mid-drittijiet marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel jidħol fil-kariga fil-Parlament ikun għamel dikjarazzjoni bil-miktub li huwa ma għandu ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.


3. Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 88 tar-Regoli ta' Proċedura)

Intbagħtu lill-Parlament l-abbozzi ta' miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin li jaqgħu taħt il-proċedura regolatorja bi skrutinju:

- Regolament tal-Kummissjoni (UE) li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (D016833/03 - 2012/2562(RPS) - skadenza: 28/05/2012)
irreferut responsabbli: ENVI
opinjoni: ITRE, IMCO

- Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru .../... dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D017530/02 - 2012/2563(RPS) - skadenza: 01/06/2012)
irreferut responsabbli: ENVI
opinjoni: ITRE

- Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru .../... dwar il-verifika tar-rapporti dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u r-rapporti dwar it-tunnellati kilometri u l-akkreditazzjoni tal-verifikaturi skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D017531/02 - 2012/2564(RPS) - skadenza: 01/06/2012)
irreferut responsabbli: ENVI
opinjoni: ITRE

- Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru .../... li jemenda l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq (D017692/01 - 2012/2559(RPS) - skadenza: 22/05/2012)
irreferut responsabbli: TRAN

- Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru .../... li jemenda l-Annessi II u III għar-Regolament (KE) Nru 1072/2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija (D017702/01 - 2012/2557(RPS) - skadenza: 22/05/2012)
irreferut responsabbli: TRAN

- Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru .../... li jemenda l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank (D017703/01 - 2012/2558(RPS) - skadenza: 22/05/2012)
irreferut responsabbli: TRAN

- Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru .../... li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwu għal bifenażat, bifentrina, boskalid, kadusafos, klorantraniliprol, klorotalonil, klotijanidin, ċiprokonażol, deltametrina, dikamba, difenokonażol, dinokap, etossażol, fenpirossimat, flubendiammid, fludiossonil, glifosat, metalaksil-M, meptildinokap, novaluron, tijametossam, u triażofos f’ċerti prodotti jew fuqhom (D018238/03 - 2012/2568(RPS) - skadenza: 08/05/2012)
irreferut responsabbli: ENVI

- Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-karta tal-gazzetti (D018340/03 - 2012/2556(RPS) - skadenza: 22/05/2012)
irreferut responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru .../... li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 li jikkonċerna l-istatistika għal żmien qasir u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1503/2006, (KE) Nru 657/2007 u (KE) Nru 1178/2008 fir-rigward ta' adattamenti relatati mat-tneħħija tal-fatturi varjabbli tal-ordnijiet ġodda industrijali (D018682/01 - 2012/2551(RPS) - skadenza: 11/05/2012)
irreferut responsabbli: ECON

- Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru .../... li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2042/2003 dwar il-kapaċità kontinwata li tintuża fl-ajru ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiku, u dwar l-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u persunal involut f’dan ix-xogħol (D018701/01 - 2012/2579(RPS) - skadenza: 09/06/2012)
irreferut responsabbli: TRAN


4. Atti delegati (Artikolu 87a tar-Regoli ta' Proċedura)

L-abbozzi ta' atti delegati li ġejjin intbagħtu lill-Parlament:

- Regolament ta' delega tal-Kummissjoni (UE) Nru …/... ta' 23.2.2012 dwar ir-regoli proċedurali għar-rikonoxximent u l-irtirar tar-rikonoxximent ta' organizzazzjonijiet ta' monitoraġġ kif previst fir-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam - C(2012)1145 - skadenza: 23.04.2012

irreferut responsabbli: ENVI

- Regolament ta' delega tal-Kummissjoni (UE) Nru …/... ta' 1.3.2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mat-tikkettar dwar il-konsum tal-enerġija tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi - C(2011)7585 - skadenza: 01.05.2012

irreferut responsabbli: ITRE


5. Rapport dwar it-tkabbir għal Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (dibattitu)

Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Rapport dwar it-tkabbir għal Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

Nicolai Wammen (President fil-kariga tal-Kunsill) u Štefan Füle (Membru tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.

Tkellmu Richard Howitt f'isem il-Grupp S&D, Eduard Kukan f'isem il-Grupp PPE, Norica Nicolai f'isem il-Grupp ALDE, Marije Cornelissen f'isem il-Grupp Verts/ALE, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Dimitar Stoyanov, Marina Yannakoudakis f'isem il-Grupp ECR, Nikolaos Chountis f'isem il-Grupp GUE/NGL, Nikolaos Salavrakos f'isem il-Grupp EFD, Elmar Brok, Libor Rouček, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Nikolaos Salavrakos, Mirosław Piotrowski, Marietta Giannakou, Maria Eleni Koppa, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Charles Tannock, Andrey Kovatchev u György Schöpflin, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Georgios Koumoutsakos.

Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Georgios Koumoutsakos, Csaba Sándor Tabajdi, Jelko Kacin, Dimitar Stoyanov, Anna Záborská, Ivo Vajgl, Jaroslav Paška, Milan Zver, Csaba Sógor, Seán Kelly, Alojz Peterle u Vytautas Landsbergis.

Tkellmu Štefan Füle u Nicolai Wammen.

Mozzjoni għal riżoluzzjoni biex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura:

- Richard Howitt, f'isem il-Kumitat AFET, dwar ir-rapport ta’ progress 2011 dwar dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (2011/2887(RSP)) (B7-0127/2012).

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 9.10 tal- Minuti ta' 14.3.2012.


6. Rapport dwar it-tkabbir għall-Islanda (dibattitu)

Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Rapport dwar it-tkabbir għall-Islanda

Nicolai Wammen (President fil-kariga tal-Kunsill) u Štefan Füle (Membru tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.

Tkellmu Cristian Dan Preda f'isem il-Grupp PPE, Göran Färm f'isem il-Grupp S&D, u Johannes Cornelis van Baalen f'isem il-Grupp ALDE.

PRESIDENZA: Alexander ALVARO
Viċi President

Tkellmu Indrek Tarand f'isem il-Grupp Verts/ALE, Charles Tannock f'isem il-Grupp ECR, Helmut Scholz f'isem il-Grupp GUE/NGL, Mike Nattrass Membru mhux affiljat, Gunnar Hökmark, Pat the Cope Gallagher u Francisco José Millán Mon.

Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Petru Constantin Luhan, Robert Atkins, Andrew Henry William Brons u Paul Rübig.

Tkellmu Štefan Füle u Nicolai Wammen.

Mozzjoni għal riżoluzzjoni biex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura:

- Cristian Dan Preda, f'isem il-Kumitat AFET, dwar ir-rapport ta’ progress 2011 dwar l-Islanda (2011/2884(RSP)) (B7-0125/2012).

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 9.11 tal- Minuti ta' 14.3.2012.


7. Rapport dwar it-tkabbir għall-Bosnja-Ħerzegovina (dibattitu)

Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Rapport dwar it-tkabbir għall-Bosnja-Ħerzegovina

Nicolai Wammen (President fil-kariga tal-Kunsill) u Štefan Füle (Membru tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.

Tkellmu Doris Pack f'isem il-Grupp PPE, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' William (The Earl of) Dartmouth, Emine Bozkurt f'isem il-Grupp S&D, Sarah Ludford f'isem il-Grupp ALDE, Marije Cornelissen f'isem il-Grupp Verts/ALE, Oldřich Vlasák f'isem il-Grupp ECR, Bastiaan Belder f'isem il-Grupp EFD, Ewald Stadler Membru mhux affiljat, Bernd Posselt, William (The Earl of) Dartmouth u Anna Ibrisagic.

Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Jan Kozłowski, Zita Gurmai, Jelko Kacin, Jaroslav Paška, Franz Obermayr, Boris Zala, Ivo Vajgl, Andrew Henry William Brons, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Bernd Posselt u Norica Nicolai, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Ewald Stadler.

Tkellmu Štefan Füle u Nicolai Wammen.

Mozzjoni għal riżoluzzjoni biex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura:

- Doris Pack, f'isem il-Kumitat AFET, dwar ir-rapport ta' progress 2011 dwar il-Bosnja-Ħerzegovina (2011/2888(RSP)) (B7-0129/2012).

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 9.12 tal- Minuti ta' 14.3.2012.

(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 11.40 Ħin li fih tkompliet is-seduta: 12.05)


PRESIDENZA: Martin SCHULZ
President

8. Dikjarazzjoni tal-Presidenza

Il-President għamel dikjarazzjoni wara l-inċident ta' xarabank Belġjan fi Svizzera nhar it-Tlieta 13 ta' Marzu filgħaxija, li sewa l-ħajja ta' almenu 28 ruħ fosthom 22 tifel u tifla, u esprima il-kondoljanzi tiegħu lill-qraba tal-vittmi.

Il-Parlament osserva minuta silenzju.


PRESIDENZA: Gianni PITTELLA
Viċi President

9. Ħin tal-votazzjonijiet

Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ) jidhru fl-Anness 'Riżultati tal-Votazzjonijiet', mehmuż mal-Minuti.

Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq Europarl.


9.1. Fond Ewropew għas-Sajd ***I (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd, fir-rigward ta' ċerti dispożizzjonijiet marbutin mal-amministrazzjoni finanzjarja ta' ċerti Stati Membri li għandhom jew li jinsabu mhedda b'diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom [COM(2011)0484 - C7-0219/2011- 2011/0212(COD)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: João Ferreira (A7-0447/2011)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 1)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adottata b'votazzjoni unika (P7_TA(2012)0074)


9.2. Kwota tariffarja awtonoma għall-importazzjonijiet tal-laħam taċ-ċanga ta’ kwalità għolja ***I (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 617/2009 li jiftaħ kwota tariffarja awtonoma għall-importazzjonijiet tal-laħam taċ-ċanga ta' kwalità għolja [COM(2011)0384 - C7-0170/2011- 2011/0169(COD)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Godelieve Quisthoudt-Rowohl (A7-0025/2012)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 2)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adottata b'votazzjoni unika (P7_TA(2012)0075)


9.3. Politika kummerċjali komuni ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti Regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-proċeduri għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri [COM(2011)0082 - C7-0069/2011- 2011/0039(COD)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Godelieve Quisthoudt-Rowohl (A7-0028/2012)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 3)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Approvat hekk kif emendat (P7_TA(2012)0076)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adottata (P7_TA(2012)0076)


9.4. Linji gwida ġenerali għall-baġit 2013 – Taqsima III – Il-Kummissjoni (votazzjoni)

Rapport dwar l-istrateġija politika annwali tal-Kummissjoni għall-proċedura baġitarja 2013, Taqsima III – Il-Kummissjoni [2012/2000(BUD)] - Kumitat għall-Baġit. Rapporteur: Giovanni La Via (A7-0040/2012)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 4)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adottata (P7_TA(2012)0077)

Interventi

Anni Podimata u Francesco Enrico Speroni.


9.5. Il-mandat tal-Kumitat Speċjali għall-Kriminalità Organizzata, il-Korruzzjoni u l-Ħasil tal-Flus (votazzjoni)

Proposta għal deċiżjoni mressqa skont l-Artikolu 184 tar-Regoli ta' Proċedura, mill-Konferenza tal-Presidenti, dwar it-twaqqif, il-poteri, il-kompożizzjoni numerika u l-mandat tal-kumitat speċjali dwar il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus (B7-0151/2012)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 5)

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI

Adottata (P7_TA(2012)0078)

Intervent

Rosario Crocetta, wara l-votazzjoni.


9.6. Taħriġ ġudizzjarju (votazzjoni)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni B7-0150/2012

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 6)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adottata (P7_TA(2012)0079)


9.7. It-tħaddim tat-tfal fis-settur tal-kawkaw (votazzjoni)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni B7-0126/2012

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 7)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adottata (P7_TA(2012)0080)


9.8. Ftehim Internazzjonali tal-2010 dwar il-Kawkaw *** (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Internazzjonali tal-2010 dwar il-Kawkaw [09771/2011 - C7-0206/2011- 2010/0343(NLE)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Vital Moreira (A7-0024/2012)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 8)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adottata b'votazzjoni unika (P7_TA(2012)0081)

Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim.


9.9. Il-ġlieda kontra l-epidemija tad-dijabete fl-UE (votazzjoni)

Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni B7-0145/2012, B7-0146/2012, B7-0147/2012 u B7-0148/2012

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 9)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA RC-B7-0145/2012

(flok B7-0145/2012, B7-0146/2012, B7-0147/2012 u B7-0148/2012):

imressqa mill-Membri li ġejjin:

Simon Busuttil, Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė, Alojz Peterle u Sirpa Pietikäinen f'isem il-Grupp PPE,

Christel Schaldemose u Linda McAvan f'isem il-Grupp S&D,

Sarah Ludford, Antonyia Parvanova u Frédérique Ries f'isem il-Grupp ALDE,

Marina Yannakoudakis f'isem il-Grupp ECR,

Marisa Matias, Patrick Le Hyaric u Younous Omarjee f'isem il-Grupp GUE/NGL.

Adottata (P7_TA(2012)0082)


9.10. Rapport dwar it-tkabbir għal Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (votazzjoni)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni B7-0127/2012/rev

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 10)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adottata (P7_TA(2012)0083)


9.11. Rapport dwar it-tkabbir għall-Islanda (votazzjoni)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni B7-0125/2012

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 11)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adottata (P7_TA(2012)0084)


9.12. Rapport dwar it-tkabbir għall-Bosnja-Ħerzegovina (votazzjoni)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni B7-0129/2012

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 12)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adottata (P7_TA(2012)0085)


10. Spjegazzjonijiet tal-vot

Spjegazzjonijiet bil-miktub tal-vot:

L-ispjegazzjonijiet tal-vot li tressqu bil-miktub, bi qbil mal-Artikolu 170 tar-Regoli ta' Proċedura, jidhru fir-rapport verbatim ta' din is-seduta.

Spjegazzjonijiet orali tal-vot:

Rapport João Ferreira - A7-0447/2011

Kay Swinburne, Anna Rosbach, Iva Zanicchi, Roberta Angelilli, Mario Pirillo, Peter Jahr, Charles Tannock, James Nicholson u Michał Tomasz Kamiński

Rapport Godelieve Quisthoudt-Rowohl - A7-0025/2012

Kay Swinburne, Daniel Hannan, Iva Zanicchi, Charles Tannock, James Nicholson u Michał Tomasz Kamiński

Rapport Godelieve Quisthoudt-Rowohl - A7-0028/2012

Kay Swinburne, Cristiana Muscardini, Michał Tomasz Kamiński u Adam Bielan

Rapport Giovanni La Via - A7-0040/2012

Kay Swinburne, Daniel Hannan, Alfredo Antoniozzi, Marina Yannakoudakis, Diane Dodds, Peter Jahr, Hannu Takkula, Michał Tomasz Kamiński u Anneli Jäätteenmäki

Taħriġ ġudizzjarju - B7-0150/2012

Kay Swinburne u Michał Tomasz Kamiński

It-tħaddim tat-tfal fis-settur tal-kawkaw - B7-0126/2012

Emma McClarkin, Andrea Zanoni, Kay Swinburne, Roberta Angelilli, Mitro Repo, Diane Dodds, Elena Băsescu u Michał Tomasz Kamiński

Rakkomandazzjoni Vital Moreira - A7-0024/2012

Michał Tomasz Kamiński, Hannu Takkula u Kay Swinburne

Il-ġlieda kontra l-epidemija tad-dijabete fl-UE - RC-B7-0145/2012

Kay Swinburne, Marina Yannakoudakis, Roberta Angelilli, Mitro Repo, Diane Dodds, Elena Băsescu, Charles Tannock, Hannu Takkula, Michał Tomasz Kamiński u Seán Kelly

Rapport dwar it-tkabbir għal Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja - B7-0127/2012/rev

Kay Swinburne, Alfredo Antoniozzi, Mitro Repo, Mario Pirillo, Dimitar Stoyanov, Elena Băsescu, Charles Tannock, Adam Bielan u Michał Tomasz Kamiński

Rapport dwar it-tkabbir għall-Islanda - B7-0125/2012

Kay Swinburne, Daniel Hannan, Marina Yannakoudakis, Mitro Repo, David Campbell Bannerman, Diane Dodds, Elena Băsescu u Michał Tomasz Kamiński

Rapport dwar it-tkabbir għall-Bosnja-Ħerzegovina - B7-0129/2012

Eduard Kukan, Elena Băsescu, Charles Tannock, Adam Bielan, Michał Tomasz Kamiński u Ewald Stadler


11. Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot

Il-korrezzjonijiet għall-voti u l-intenzjonijiet tal-vot jidhru fis-sit "Séance en direct", "Résultats des votes (appels nominaux) / Results of votes (roll-call votes)" u fil-verżjoni stampata tal-anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet b'sejħa tal-Ismijiet".

Il-verżjoni elettronika fuq il-Europarl tiġi aġġornata regolarment tul perjodu ta' mhux aktar minn ġimagħtejn wara l-ġurnata tal-votazzjoni.

Wara li tgħaddi din l-iskadenza, il-korrezzjonijiet u l-intenzjonijiet tal-vot jiġu ffinalizzati sabiex isiru t-traduzzjonijiet u jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali.


(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 14.00 Ħin li fih tkompliet is-seduta: 15.00)

PRESIDENZA: Oldřich VLASÁK
Viċi President

12. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta ta' qabel

Il-Minuti tas-seduta ta' qabel ġew approvati.


13. Ir-riżultat tal-elezzjonijiet presidenzjali fir-Russja (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà: Ir-riżultat tal-elezzjonijiet presidenzjali fir-Russja

Villy Søvndal (President fil-kariga tal-Kunsill) għamel id-dikjarazzjoni f'isem Catherine Ashton (Viċi President tal-Kummissjoni u Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà).

Tkellmu José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra f'isem il-Grupp PPE, Hannes Swoboda f'isem il-Grupp S&D, li wieġeb ukoll għal tliet mistoqsijiet "karta blu" ta' Marek Henryk Migalski, Ewald Stadler u Bart Staes, Kristiina Ojuland f'isem il-Grupp ALDE, Werner Schulz f'isem il-Grupp Verts/ALE, Paweł Robert Kowal f'isem il-Grupp ECR, Helmut Scholz f'isem il-Grupp GUE/NGL, Niki Tzavela f'isem il-Grupp EFD, Andreas Mölzer Membru mhux affiljat, Ria Oomen-Ruijten, Knut Fleckenstein, Edward McMillan-Scott, Michał Tomasz Kamiński, Nick Griffin, Elmar Brok, li wieġeb ukoll għal żewġ mistoqsijiet "karta blu" Werner Schulz u Ewald Stadler, Justas Vincas Paleckis, Marek Henryk Migalski, Ewald Stadler, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Marek Henryk Migalski, Krzysztof Lisek, Boris Zala, Nadezhda Neynsky, Csaba Sándor Tabajdi u Lena Kolarska-Bobińska.

Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Francisco José Millán Mon, Corina Creţu, Norica Nicolai, Laima Liucija Andrikienė, Jaroslav Paška, Tunne Kelam, Andrew Henry William Brons, Liisa Jaakonsaari u Sergio Paolo Francesco Silvestris.

Tkellem Villy Søvndal.

Mozzjoni għal riżoluzzjoni biex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura:

- Hannes Swoboda, f'isem il-Kumitat AFET, dwar ir-riżultat tal-elezzjonijiet presidenzjali fir-Russja (2012/2573(RSP)) (B7-0177/2012).

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 11.3 tal- Minuti ta' 15.3.2012.


14. Kazakistan (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà: Kazakistan

Villy Søvndal (President fil-kariga tal-Kunsill) għamel id-dikjarazzjoni f'isem Catherine Ashton (Viċi President tal-Kummissjoni u Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u għall-Politika ta' Sigurtà).

Tkellem Paolo Bartolozzi f'isem il-Grupp PPE.

PRESIDENZA: László SURJÁN
Viċi President

Tkellmu Liisa Jaakonsaari f'isem il-Grupp S&D, Norica Nicolai f'isem il-Grupp ALDE, Nicole Kiil-Nielsen f'isem il-Grupp Verts/ALE, Janusz Wojciechowski f'isem il-Grupp ECR, Paul Murphy f'isem il-Grupp GUE/NGL, Bastiaan Belder f'isem il-Grupp EFD, Andreas Mölzer Membru mhux affiljat, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Janusz Wojciechowski, Elisabeth Jeggle, Alexander Mirsky, Leonidas Donskis, Keith Taylor, Paweł Robert Kowal, Miloslav Ransdorf, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Krzysztof Lisek, Piotr Borys, li wieġeb ukoll għal żewġ mistoqsijiet "karta blu" Miloslav Ransdorf u Nicole Kiil-Nielsen, Katarína Neveďalová, Kristiina Ojuland, Anna Ibrisagic, Kristian Vigenin, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Miloslav Ransdorf, Metin Kazak, Krzysztof Lisek, Ana Gomes, Joachim Zeller, Evgeni Kirilov, Andrzej Grzyb, Maria Eleni Koppa, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Cristiana Muscardini, Ria Oomen-Ruijten, Libor Rouček, Elena Băsescu, Jacek Protasiewicz u Cristiana Muscardini.

Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Herbert Dorfmann, Richard Howitt, Charles Tannock u Jaroslav Paška.

Tkellem Villy Søvndal.

Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa sabiex jiġi konkluż id-dibattitu skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura:

- Charles Tannock, Janusz Wojciechowski, Valdemar Tomaševski, Ryszard Antoni Legutko, Ryszard Czarnecki u Tomasz Piotr Poręba f'isem il-Grupp ECR, dwar il-Kazakistan (2012/2553(RSP)) (B7-0135/2012);

- José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Elmar Brok, Ioannis Kasoulides, Elisabeth Jeggle, Cristian Dan Preda, Mario Mauro, Jacek Saryusz-Wolski, Joachim Zeller, Paolo Bartolozzi, Krzysztof Lisek, Eduard Kukan, Ria Oomen-Ruijten, Paweł Zalewski, Francisco José Millán Mon, Marietta Giannakou, Jacek Protasiewicz, Andrzej Grzyb, Alf Svensson, Anna Ibrisagic, Kinga Gál, Elena Băsescu, Piotr Borys, Traian Ungureanu, Peter Šťastný u Inese Vaidere f'isem il-Grupp PPE, dwar is-sitwazzjoni fil-Kazakistan (2012/2553(RSP)) (B7-0140/2012);

- Norica Nicolai, Leonidas Donskis, Marietje Schaake, Alexander Graf Lambsdorff, Graham Watson u Marielle de Sarnez f'isem il-Grupp ALDE, dwar is-sitwazzjoni fil-Kazakistan (2012/2553(RSP)) (B7-0141/2012);

- Liisa Jaakonsaari u Ana Gomes f'isem il-Grupp S&D, dwar il-Kazakistan (2012/2553(RSP)) (B7-0142/2012);

- Nicole Kiil-Nielsen, Barbara Lochbihler, Bart Staes u Keith Taylor f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar il-Kazakistan (2012/2553(RSP)) (B7-0143/2012);

- Paul Murphy, Søren Bo Søndergaard u Marie-Christine Vergiat f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar il-Kazakistan (2012/2553(RSP)) (B7-0144/2012).

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 11.4 tal- Minuti ta' 15.3.2012.


15. Is-sitwazzjoni fin-Niġerja (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà: Is-sitwazzjoni fin-Niġerja

Villy Søvndal (President fil-kariga tal-Kunsill) għamel id-dikjarazzjoni f'isem Catherine Ashton (Viċi President tal-Kummissjoni u Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà).

Tkellmu Mario Mauro f'isem il-Grupp PPE, u Véronique De Keyser f'isem il-Grupp S&D.

PRESIDENZA: Othmar KARAS
Viċi President

Tkellmu Marietje Schaake f'isem il-Grupp ALDE, Judith Sargentini f'isem il-Grupp Verts/ALE, Charles Tannock f'isem il-Grupp ECR, Fiorello Provera f'isem il-Grupp EFD, u Ewald Stadler Membru mhux affiljat.

Tkellem Villy Søvndal.

Tkellmu Ria Oomen-Ruijten, Ricardo Cortés Lastra, Charles Goerens, Jean Lambert, Bastiaan Belder, Diane Dodds, Filip Kaczmarek, Thijs Berman, Niccolò Rinaldi, Barbara Lochbihler, Zbigniew Ziobro, Gay Mitchell, Corina Creţu, Alojz Peterle, Michèle Striffler, Cristian Dan Preda, Bogusław Sonik, Alf Svensson, Peter Šťastný, Sari Essayah, Elmar Brok u Konrad Szymański

Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Andrew Henry William Brons u Elena Băsescu.

Tkellem Andris Piebalgs (Membru tal-Kummissjoni).

Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa sabiex jiġi konkluż id-dibattitu skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura:

- Charles Tannock, Peter van Dalen, Tomasz Piotr Poręba, Konrad Szymański, Ryszard Antoni Legutko u Ryszard Czarnecki f'isem il-Grupp ECR, dwar is-sitwazzjoni fin-Niġerja (2012/2550(RSP)) (B7-0131/2012);

- Judith Sargentini u Raül Romeva i Rueda f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar is-sitwazzjoni fin-Niġerja (2012/2550(RSP) (B7-0133/2012);

- Fiorello Provera, Rolandas Paksas, Lorenzo Fontana, Oreste Rossi, Claudio Morganti, Mara Bizzotto, Nikolaos Salavrakos u Niki Tzavela f'isem il-Grupp EFD, dwar is-sitwazzjoni fin-Niġerja (2012/2550(RSP)) (B7-0134/2012);

- Marietje Schaake, Kristiina Ojuland, Alexander Graf Lambsdorff, Johannes Cornelis van Baalen, Graham Watson u Marielle de Sarnez f'isem il-Grupp ALDE, dwar is-sitwazzjoni fin-Niġerja (2012/2550(RSP)) (B7-0137/2012);

- Mario Mauro, Alojz Peterle, Filip Kaczmarek, Michèle Striffler, Bogusław Sonik, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Gay Mitchell, Cristian Dan Preda, Laima Liucija Andrikienė, Santiago Fisas Ayxela u Ria Oomen-Ruijten f'isem il-Grupp PPE, dwar is-sitwazzjoni fin-Niġerja (2012/2550(RSP)) (B7-0138/2012);

- Willy Meyer, Patrick Le Hyaric u Marie-Christine Vergiat f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar is-sitwazzjoni fin-Niġerja (2012/2550(RSP)) (B7-0139/2012);

- Véronique De Keyser, Ana Gomes, Ricardo Cortés Lastra, Richard Howitt u Michael Cashman f'isem il-Grupp S&D, dwar is-sitwazzjoni fin-Niġerja (2012/2550(RSP)) (B7-0149/2012).

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 11.5 tal- Minuti ta' 15.3.2012.


16. Sitwazzjoni fil-Bjelorussja (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà: Sitwazzjoni fil-Bjelorussja

Andris Piebalgs (Membru tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni f'isem Catherine Ashton (Viċi President tal-Kummissjoni u Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u għall-Politika ta' Sigurtà).

Tkellmu Jacek Protasiewicz f'isem il-Grupp PPE, Libor Rouček f'isem il-Grupp S&D, Kristiina Ojuland f'isem il-Grupp ALDE, Werner Schulz f'isem il-Grupp Verts/ALE, Marek Henryk Migalski f'isem il-Grupp ECR, Krišjānis Kariņš, Kristian Vigenin, Ivars Godmanis, Paweł Robert Kowal, Inese Vaidere u Justas Vincas Paleckis.

PRESIDENZA: Roberta ANGELILLI
Viċi President

Tkellmu Filip Kaczmarek, Kyriakos Mavronikolas, Peter Šťastný u Corina Creţu.

Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Sari Essayah, Elena Băsescu, Krzysztof Lisek u Norica Nicolai.

Tkellem Andris Piebalgs.

Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa sabiex jiġi konkluż id-dibattitu skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura:

- Véronique De Keyser, Libor Rouček, Justas Vincas Paleckis, Kristian Vigenin u Marek Siwiec f'isem il-Grupp S&D, dwar is-sitwazzjoni fil-Bjelorussja (2012/2581(RSP)) (B7-0178/2012);

- Kristiina Ojuland, Ivo Vajgl, Ivars Godmanis u Sonia Alfano f'isem il-Grupp ALDE, dwar is-sitwazzjoni fil-Bjelorussja (2012/2581(RSP)) (B7-0179/2012);

- Helmut Scholz f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar il-Bjelorussja (2012/2581(RSP)) (B7-0180/2012);

- José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Vytautas Landsbergis, Jacek Protasiewicz, Jacek Saryusz-Wolski, Peter Šťastný, Arnaud Danjean, Krzysztof Lisek, Ioannis Kasoulides, Cristian Dan Preda, Andrzej Grzyb, Tunne Kelam, Filip Kaczmarek u Lena Kolarska-Bobińska f'isem il-Grupp PPE, dwar is-sitwazzjoni fil-Bjelorussja (2012/2581(RSP)) (B7-0181/2012);

- Werner Schulz u Elisabeth Schroedter f'isem il-Grupp Verts/ALE; dwar is-sitwazzjoni fil-Bjelorussja (2012/2581(RSP)) (B7-0182/2012);

- Charles Tannock, Marek Henryk Migalski, Paweł Robert Kowal, Ryszard Antoni Legutko, Tomasz Piotr Poręba, Ryszard Czarnecki u Michał Tomasz Kamiński f'isem il-Grupp ECR, dwar is-sitwazzjoni fil-Bjelorussja (2012/2581(RSP)) (B7-0183/2012);

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 11.6 tal- Minuti ta' 15.3.2012.


17. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet

Il-President irċieva mill-Gruppi S&D, ALDE u EFD dawn it-talbiet għal ħatra li ġejjin:

Kumitat JURI: Rebecca Elisabeth Taylor

Kumitat PETI: Rebecca Elisabeth Taylor

delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni għall-Mediterran: Edward Scicluna minflok Olga Sehnalová

delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari Euronest: Libor Rouček minflok Hannes Swoboda

Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Turkija: Morten Messerschmidt minflok Niki Tzavela

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Iżrael: Niki Tzavela minflok Morten Messerschmidt

Dawn il-ħatriet ser jitqiesu ratifikati jekk ma tiġix ippreżentata oġġezzjoni minn issa sal-approvazzjoni ta' dawn il-Minuti.


18. Naffrontaw b'mod effikaċi l-isfida tal-piraterija marittima (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Naffrontaw b'mod effikaċi l-isfida tal-piraterija marittima

Andris Piebalgs (Membru tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni.

Tkellmu Georgios Koumoutsakos f'isem il-Grupp PPE, Saïd El Khadraoui f'isem il-Grupp S&D, Izaskun Bilbao Barandica f'isem il-Grupp ALDE, Keith Taylor f'isem il-Grupp Verts/ALE, Peter van Dalen f'isem il-Grupp ECR, Younous Omarjee f'isem il-Grupp GUE/NGL, Juozas Imbrasas f'isem il-Grupp EFD, Izaskun Bilbao Barandica, biex tagħmel mistoqsija "karta blu" lil Younous Omarjee li weġibha, Mathieu Grosch, Ana Gomes, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Peter van Dalen, Nathalie Griesbeck, Geoffrey Van Orden, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Georgios Koumoutsakos, Georgios Toussas, Michael Gahler, Maria Eleni Koppa, Phil Bennion, Inês Cristina Zuber, Carlo Fidanza, Ricardo Cortés Lastra, Corien Wortmann-Kool, Spyros Danellis, Dominique Vlasto, Debora Serracchiani, Maria do Céu Patrão Neves, Mario Mauro u Potito Salatto.

Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Elena Băsescu, Barbara Matera, Marco Scurria, Sergio Paolo Francesco Silvestris, Janusz Władysław Zemke u Licia Ronzulli.

Tkellem Andris Piebalgs.

Il-mozzjoni għal riżoluzzjoni li għandha titressaq bi qbil mal-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura se titħabbar aktar tard.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: sessjoni parzjali li jmiss.


19. L-aġenda tas-seduta li jmiss

L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 483.918 OJJE).


20. Għeluq tas-seduta

Ħin li fih ingħalqet is-seduta: 21.10.

Klaus Welle

Isabelle Durant

Segretarju Ġenerali

Viċi President


REĠISTRU TAL-ATTENDENZA

Iffirmaw:

Abad, Áder, Agnew, Albertini, Albrecht, Alfano, Alfonsi, Alvaro, Alves, Andersdotter, Andreasen, Andrés Barea, Andrikienė, Angelilli, Antinoro, Antonescu, Antoniozzi, Arias Echeverría, Arlacchi, Arsenis, Ashworth, Atkins, Attard-Montalto, Auconie, Audy, Margrete Auken, Ayala Sender, Aylward, Ayuso, van Baalen, Bach, Badia i Cutchet, Bagó, Balčytis, Baldassarre, Balz, Balzani, Bartolozzi, Băsescu, Bastos, Batten, Bauer, Becker, Belder, Belet, Bélier, Benarab-Attou, Bendtsen, Bennahmias, Bennion, Berès, Berlato, Berlinguer, Berman, Besset, Bielan, Bilbao Barandica, Binev, Bisky, Bizzotto, Blinkevičiūtė, Bodu, Böge, Bonsignore, Borghezio, Borys, Boştinaru, Boulland, Bové, Bowles, Bozkurt, Bradbourn, Brantner, Bratkowski, Brepoels, Březina, Brok, Brons, Brzobohatá, Bullmann, Buşoi, Busuttil, Bütikofer, Buzek, Cabrnoch, Cadec, Callanan, van de Camp, Campbell Bannerman, Cancian, Canfin, Capoulas Santos, Caronna, Carvalho, Casa, Cashman, Casini, Caspary, Castex, del Castillo Vera, Cavada, Cercas, Češková, Chatzimarkakis, Chichester, Childers, Chountis, Christensen, Chrysogelos, Claeys, Clark, Cochet, Coelho, Cofferati, Colman, Comi, Corazza Bildt, Cornelissen, Correa Zamora, António Fernando Correia de Campos, Cortés Lastra, Silvia Costa, Costello, Cozzolino, Cramer, Creţu, Creutzmann, Crocetta, Cuschieri, Cutaş, Frédéric Daerden, van Dalen, Dăncilă, Danellis, Danjean, Dantin, (The Earl of) Dartmouth, Dati, Daul, David, Davies, De Angelis, De Backer, De Castro, Dehaene, De Keyser, Delli, Delvaux, De Mita, de Sarnez, Deß, Deva, De Veyrac, Dodds, Domenici, Donskis, Dorfmann, Droutsas, Duff, Durant, Dušek, Ehler, Ehrenhauser, Eickhout, El Khadraoui, Elles, Enciu, Engel, Engström, Eppink, Ernst, Ertug, Essayah, Estaràs Ferragut, Estrela, Evans, Fajmon, Fajon, Falbr, Farage, Färm, Feio, Ferber, Fernandes, Elisa Ferreira, João Ferreira, Fidanza, Fisas Ayxela, Fjellner, Flašíková Beňová, Flautre, Fleckenstein, Florenz, Fontana, Ford, Foster, Fox, Fraga Estévez, Franco, Gahler, Gál, Gallagher, Gallo, Gáll-Pelcz, Garcés Ramón, García-Hierro Caraballo, García Pérez, Gardiazábal Rubial, Gardini, Gargani, Garriga Polledo, Gauzès, Gebhardt, Geier, Gerbrandy, Geringer de Oedenberg, Giannakou, Giegold, Gierek, Girling, Glante, Glattfelder, Godmanis, Goebbels, Goerens, Gollnisch, Gomes, Göncz, Goulard, de Grandes Pascual, Gräßle, Grech, Grèze, Griesbeck, Griffin, Gróbarczyk, Groote, Grosch, Grossetête, Grzyb, Gualtieri, Guerrero Salom, Guillaume, Gurmai, Gustafsson, Gutiérrez-Cortines, Gutiérrez Prieto, Gyürk, Hadjigeorgiou, Häfner, Haglund, Fiona Hall, Händel, Handzlik, Hankiss, Hannan, Harbour, Harkin, Hartong, Hassi, Haug, Häusling, Jiří Havel, Helmer, Hénin, Herczog, Herranz García, Hibner, Higgins, Nadja Hirsch, Hoang Ngoc, Hohlmeier, Hökmark, Honeyball, Hortefeux, Howitt, Danuta Maria Hübner, Hughes, Hyusmenova, Iacolino, Ibrisagic, Ilchev, Imbrasas, in 't Veld, Iotova, Iovine, Irigoyen Pérez, Iturgaiz Angulo, Ivan, Ivanova, Jaakonsaari, Jäätteenmäki, Jadot, Jahr, Járóka, Jazłowiecka, Jędrzejewska, Jeggle, Jensen, Jiménez-Becerril Barrio, Johansson, Joly, de Jong, Jordan, Jørgensen, Juvin, Kacin, Kaczmarek, Kadenbach, Kalfin, Kalinowski, Kalniete, Kamall, Kamiński, Kammerevert, Karas, Karim, Kariņš, Kasoulides, Kastler, Kazak, Kelam, Keller, Kelly, Kiil-Nielsen, Kirilov, Kirkhope, Klaß, Kleva, Klinz, Klute, Koch, Koch-Mehrin, Kohlíček, Kolarska-Bobińska, Koppa, Korhola, Kósa, Köstinger, Koumoutsakos, Kovatchev, Kowal, Kozlík, Kozłowski, Kožušník, Krahmer, Krehl, Kreissl-Dörfler, Kuhn, Kukan, Kurski, Lamassoure , Lambert, Lamberts, Lambsdorff, Landsbergis, Lange, de Lange, Langen, La Via, Le Brun, Lechner, Le Foll, Le Grip, Legutko, Lehne, Le Hyaric, Leichtfried, Leinen, Jean-Marie Le Pen, Liberadzki, Lichtenberger, Liese, Liotard, Lisek, Lochbihler, Løkkegaard, Lope Fontagné, Lösing, Lövin, Ludford, Ludvigsson, Luhan, Łukacijewska, Lulling, Lunacek, Lyon, McAvan, McCarthy, McClarkin, McGuinness, McIntyre, McMillan-Scott, Macovei, Madlener, Malinov, Manders, Mănescu, Maňka, Mann, Manner, Marcinkiewicz, Marinescu, David Martin, Hans-Peter Martin, Martínez Martínez, Masip Hidalgo, Maštálka, Mastella, Matera, Mathieu, Matias, Mato Adrover, Matula, Mauro, Mavronikolas, Mayer, Mayor Oreja, Mazej Kukovič, Mazzoni, Meissner, Menéndez del Valle, Merkies, Messerschmidt, Mészáros, Louis Michel, Migalski, Mikolášik, Milana, Millán Mon, Miranda, Mirsky, Mitchell, Mölzer, Moreira, Morganti, Morin-Chartier, Morkūnaitė-Mikulėnienė, Morvai, Motti, Mulder, Muñiz De Urquiza, Murphy, Muscardini, Nattrass, Nedelcheva, Neuser, Neveďalová, Newton Dunn, Neynsky, Neyts-Uyttebroeck, Nicholson, Nicolai, Niculescu, Niebler, Nilsson, van Nistelrooij, Nitras, Obermayr, Obiols, Ojuland, Olbrycht, Olejniczak, Omarjee, Oomen-Ruijten, Ortiz Vilella, Őry, Ouzký, Oviir, Pack, Padar, Paksas, Paleckis, Paliadeli, Panayotov, Panzeri, Papadopoulou, Papanikolaou, Papastamkos, Pargneaux, Parvanova, Paşcu, Paška, Patrão Neves, Patriciello, Paulsen, Peillon, Perello Rodriguez, Peterle, Pieper, Pietikäinen, Piotrowski, Pirillo, Pirker, Pittella , Plumb, Poc, Podimata, Ponga, Poręba, Portas, Posselt, Pöttering, Poupakis, Preda, Prodi, Protasiewicz, Proust, Provera, Quisthoudt-Rowohl, Rangel, Ransdorf, Rapkay, Rapti, Regner, Reimers, Remek, Repo, Reul, Riera Madurell, Ries, Rinaldi, Riquet, Rivasi, Rivellini, Rodust, Rohde, Roithová, Romero López, Romeva i Rueda, Ronzulli, Rosbach, Rossi, Roth-Behrendt, Rouček, Rübig, Rubiks, Rühle, Šadurskis, Saïfi, Salafranca Sánchez-Neyra, Salatto, Salavrakos, Salvini, Sánchez Presedo, Sanchez-Schmid, Sârbu, Sargentini, Sarvamaa, Saryusz-Wolski, Sassoli, Saudargas, Savisaar-Toomast, Schaake, Schaldemose, Schlyter, Olle Schmidt, Schnellhardt, Schnieber-Jastram, Scholz, Schöpflin, Schroedter, Schulz , Werner Schulz, Schwab, Scicluna, Scottà, Scurria, Sedó i Alabart, Seeber, Sehnalová, Senyszyn, Serracchiani, Severin, Siekierski, Silvestris, Simon, Simpson, Sinclaire, Sippel, Siwiec, Skinner, Skrzydlewska, Skylakakis, Smith, Smolková, Sógor, Sommer, Søndergaard, Sonik, Sosa Wagner, Speroni, Stadler, Staes, Stassen, Šťastný, Stavrakakis, Steinruck, Stevenson, Stihler, van der Stoep, Stolojan, Dimitar Stoyanov, Strejček, Striffler, Sturdy, Surján, Susta, Svensson, Swinburne, Swoboda, Szájer, Szymański, Tabajdi, Takkula, Tănăsescu, Tannock, Tarabella, Tarand, Tatarella, Keith Taylor, Teixeira, Terho, Thein, Theocharous, Theurer, Thomsen, Thun und Hohenstein, Thyssen, Ţicău, Tirolien, Toia, Tőkés, Tomaševski, Tošenovský, Toussas, Trautmann, Tremosa i Balcells, Triantaphyllides, Trüpel, Trzaskowski, Tsoukalas, Turmes, Turunen, Tzavela, Uggias, Ulmer, Ulvskog, Ungureanu, Urutchev, Uspaskich, Vadim Tudor, Vaidere, Vajgl, Vălean, Van Brempt, Vanhecke, Van Orden, Vattimo, Vaughan, Vergiat, Vergnaud, Verheyen, Vidal-Quadras, Vigenin, Vlasák, Vlasto, Voss, Watson, Henri Weber, Manfred Weber, Renate Weber, Weidenholzer, Weiler, Weisgerber, Werthmann, Westlund, Westphal, Wieland, Wikström, Willmott, Wils, Hermann Winkler, Iuliu Winkler, Włosowicz, Wojciechowski, Wortmann-Kool, Yáñez-Barnuevo García, Yannakoudakis, Záborská, Zahradil, Zala, Zalba Bidegain, Zalewski, Zanicchi, Zanoni, Zasada, Ždanoka, Zeller, Zemke, Zijlstra, Zīle, Zimmer, Ziobro, Zuber, Zver, Zwiefka

Avviż legali - Politika tal-privatezza