Id-Dikjarazzjoni bil-Miktub 0050/2011 imressqa mill-Membri Slavi Binev, John Attard-Montalto, Nirj Deva, Mario Mauro u Hannu Takkula dwar l-introduzzjoni tal-programm 'Ċess fl-Iskola' fis-sistemi edukattivi tal-Unjoni Ewropea ġiet iffirmata mill-maġġoranza tal-Membri tal-Parlament. Għalhekk, skont l-Artikolu 123(3) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura, se tingħadda lid-destinatarji tagħha u se tkun ippubblikata fit-Testi Adottati ta' din is-seduta (P7_TA(2012)0097) waqt li l-ismijiet tal-firmatarji se jiġu indikati fil-Minuti (Anness 3 tal- Minuti ta' 15.3.2012).
Tkellem Slavi Binev.
° ° ° °
Il-President fakkar lil Lothar Bisky, li rriżenja mill-funzjoni tiegħu ta' President tal-Grupp GUE/NGL, u feraħ lill-President il-ġdid tal-Grupp, Gabriele Zimmer.