Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 18 ta' April 2012 - Strasburgu

15. Is-sigurtà legali tal-investimenti Ewropej barra l-Unjoni Ewropea (dibattitu)
Rapporti Verbatim

Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Is-sigurtà legali tal-investimenti Ewropej barra l-Unjoni Ewropea

Nicolai Wammen (President fil-kariga tal-Kunsill) u Antonio Tajani (Viċi President tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.

Tkellmu Jaime Mayor Oreja f'isem il-Grupp PPE, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Raül Romeva i Rueda, Enrique Guerrero Salom f'isem il-Grupp S&D, Izaskun Bilbao Barandica f'isem il-Grupp ALDE, Ana Miranda f'isem il-Grupp Verts/ALE, li wieġbet ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Salvador Garriga Polledo, Patrick Le Hyaric f'isem il-Grupp GUE/NGL, u Francisco Sosa Wagner Membru mhux affiljat.

Tkellmu Antonio Tajani u Nicolai Wammen.

Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li għandhom jitressqu skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura se jitħabbru aktar tard.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 10.6 tal- Minuti ta' 20.4.2012.

Avviż legali - Politika tal-privatezza