Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar Bażi Komuni Konsolidata tat-Taxxa Korporattiva (BKKTK) [COM(2011)0121 - C7-0092/2011- 2011/0058(CNS)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Marianne Thyssen (A7-0080/2012)
Marianne Thyssen ippreżentat ir-rapport tagħha.
Tkellem Algirdas Šemeta (Membru tal-Kummissjoni).
Tkellmu Olle Schmidt (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat IMCO), Jean-Paul Gauzès f'isem il-Grupp PPE, Liem Hoang Ngoc f'isem il-Grupp S&D, Carl Haglund f'isem il-Grupp ALDE, Philippe Lamberts f'isem il-Grupp Verts/ALE, Ivo Strejček f'isem il-Grupp ECR, Godfrey Bloom f'isem il-Grupp EFD, Theodor Dumitru Stolojan, Antolín Sánchez Presedo, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' William (The Earl of) Dartmouth, Derk Jan Eppink, Diogo Feio, George Sabin Cutaş, Ashley Fox, Krišjānis Kariņš, Edvard Kožušník, Zuzana Roithová u Gay Mitchell.
PRESIDENZA: Georgios PAPASTAMKOS Viċi President
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Nadezhda Neynsky, Petri Sarvamaa, Monika Flašíková Beňová u Andrew Henry William Brons.