18. Kondiviżjoni tar-riskju għal ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw jew huma mhedda b'diffikultajiet serji fejn tidħol l-istabilità finanzjarja tagħhom ***I (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-kondiviżjoni tar-riskju għal ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw jew huma mhedda b'diffikultajiet serji fejn tidħol l-istabilità finanzjarja tagħhom [COM(2011)0655 - C7-0350/2011- 2011/0283(COD)] - Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali. Rapporteur: Danuta Maria Hübner (A7-0067/2012)
Danuta Maria Hübner ippreżentat ir-rapport tagħha.
Tkellem Algirdas Šemeta (Membru tal-Kummissjoni).
Tkellmu Crescenzio Rivellini (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat CONT), Georgios Papastamkos f'isem il-Grupp PPE, Mojca Kleva f'isem il-Grupp S&D, Ramona Nicole Mănescu f'isem il-Grupp ALDE, Elisabeth Schroedter f'isem il-Grupp Verts/ALE, Oldřich Vlasák f'isem il-Grupp ECR, John Bufton f'isem il-Grupp EFD, Ewald Stadler Membru mhux affiljat, Iosif Matula, Georgios Stavrakakis, Nikos Chrysogelos, Nuno Teixeira, Joachim Zeller, Marie-Thérèse Sanchez-Schmid, Iliana Ivanova u Rodi Kratsa-Tsagaropoulou.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Petru Constantin Luhan, Jaroslav Paška, João Ferreira u Elena Băsescu.