- Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru .../... li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni biex inġenji tal-ajru, prodotti, partijiet u tagħmir relatat jiġu ċertifikati bħala tajbin għall-ajru u li ma jagħmlux ħsara ambjentali, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni tagħhom. (D018698/02 - 2012/2607(RPS) - skadenza: 29/06/2012) irreferut responsabbli: TRAN opinjoni: JURI
- Regolament tal-Kummissjoni (UE) li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 454/2011 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema “applikazzjonijiet telematiċi għal servizzi tal-passiġġieri” tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea (D019166/02 - 2012/2596(RPS) - skadenza: 26/06/2012) irreferut responsabbli: TRAN
3. Atti delegati (Artikolu 87a tar-Regoli ta' Proċedura)
L-abbozz ta' att delegat li ġej intbagħat lill-Parlament:
Regolament ta’ delega tal-Kummissjoni (UE) Nru .../... ta’ 30.3.2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 809/2004 fir-rigward tal-format u l-kontenut tal-prospett, il-prospett bażi, is-sommarju u t-termini finali u fir-rigward tar-rekwiżiti tad-divulgazzjoni - C(2012)2086 - skadenza : 30.06.2012 irriferut responsabbli: ECON opinjoni: JURI
4. Ftehim bejn l-Istati Uniti u l-UE dwar l-użu u t-trasferiment tar-Reġistri tal-Ismijiet tal-Passiġġieri lid-Dipartiment tas-Sigurtà Interna tal-Istati Uniti *** (dibattitu)
Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar tal-Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar l-użu u t-trasferiment tar-Reġistri tal-Ismijiet tal-Passiġġieri lid-Dipartiment tas-Siġurtà Interna tal-Istati Uniti [17433/2011 - C7-0511/2011- 2011/0382(NLE)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Sophia in 't Veld (A7-0099/2012)
Tkellmu Axel Voss f'isem il-Grupp PPE, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Sophia in 't Veld, Claude Moraes f'isem il-Grupp S&D, Renate Weber f'isem il-Grupp ALDE, Jan Philipp Albrecht f'isem il-Grupp Verts/ALE, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Krisztina Morvai, Timothy Kirkhope f'isem il-Grupp ECR, li wieġeb ukoll għal żewġ mistoqsijiet "karta blu" ta' Graham Watson u Sophia in 't Veld, Gerard Batten f'isem il-Grupp EFD, Cornelia Ernst f'isem il-Grupp GUE/NGL, Auke Zijlstra Membru mhux affiljat, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Alexander Alvaro, Manfred Weber, li wieġeb ukoll għal tliet mistoqsijiet “karta blu” ta' Rui Tavares, Jan Philipp Albrecht u Jörg Leichtfried, Juan Fernando López Aguilar, Alexander Alvaro, Judith Sargentini, Jacqueline Foster, li wieġbet ukoll għal tliet mistoqsijiet “karta blu” ta' Sophia in 't Veld, Krisztina Morvai u Jan Philipp Albrecht, Mario Borghezio, Andreas Mölzer, Simon Busuttil, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Carmen Romero López, Birgit Sippel, Nathalie Griesbeck, Hélène Flautre, li wieġbet ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Jacqueline Foster, Martin Ehrenhauser, Mario Mauro u Kinga Göncz.
PRESIDENZA: Isabelle DURANT Viċi President
Tkellmu Norica Nicolai, Rui Tavares, li wieġeb ukoll għal żewġ mistoqsijiet "karta blu" ta' Axel Voss u Jacqueline Foster, Angelika Werthmann, Frank Engel, Dimitrios Droutsas, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Jörg Leichtfried, Sylvie Guillaume, Carlos Coelho u David-Maria Sassoli.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Anna Maria Corazza Bildt, Ana Gomes, Miroslav Mikolášik, Ioan Mircea Paşcu, Petri Sarvamaa, Gesine Meissner, Phil Prendergast, Monika Flašíková Beňová, Sarah Ludford u Jaroslav Paška.
Tkellmu Carlos Coelho dwar problema ta' interpretazzjoni waqt l-intervent preċedenti tiegħu, Krisztina Morvai skont il-proċedura "catch the eye", u Jörg Leichtfried dwar l-iżvolġiment tad-dibattitu.
Tkellmu Cecilia Malmström, Morten Bødskov u Sophia in 't Veld.
Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: It-traffikar tal-bnedmin
Morten Bødskov (President fil-kariga tal-Kunsill) u Cecilia Malmström (Membru tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.
Tkellmu Edit Bauer f'isem il-Grupp PPE, Anna Hedh f'isem il-Grupp S&D, Antonyia Parvanova f'isem il-Grupp ALDE, Judith Sargentini f'isem il-Grupp Verts/ALE, James Nicholson f'isem il-Grupp ECR, Zbigniew Ziobro f'isem il-Grupp EFD, Mikael Gustafsson f'isem il-Grupp GUE/NGL, Anna Maria Corazza Bildt, Silvia Costa, Nathalie Griesbeck, Peter van Dalen, Roberta Angelilli, Carmen Romero López u Salvatore Iacolino.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Miroslav Mikolášik, Catherine Bearder, Ana Miranda u Andrew Henry William Brons.
Tkellmu Cecilia Malmström u Morten Bødskov.
Id-dibattitu ngħalaq.
PRESIDENZA: Alejo VIDAL-QUADRAS Viċi President
6. Ħin tal-votazzjonijiet
Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ) jidhru fl-Anness 'Riżultati tal-Votazzjonijiet', mehmuż mal-Minuti.
Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, annessi mal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq is-sit Europarl.
6.1. Ftehim Volontarju ta' Sħubija bejn l-UE u r-Repubblika Ċentru-Afrikana dwar l-infurzar tal-liġi tal-foresti, governanza u kummerċ tal-injam u l-prodotti magħmulin minnu fl-UE (FLEGT) *** (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar ta' ftehim volontarju dwar sħubija bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Ċentru-Afrikana għall-Infurzar tal-Liġi tal-Foresti, governanza u kummerċ tal-injam u l-prodotti magħmulin minnu fl-Unjoni Ewropea (FLEGT) [14034/2011 - C7-0046/2012- 2011/0127(NLE)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Elisabeth Köstinger (A7-0082/2012)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 1)
Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim.
Interventi
Elisabeth Köstinger (rapporteur).
6.2. Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-UE u l-Liberja dwar l-infurzar tal-liġi tal-foresti, il-governanza u l-kummerċ tal-prodotti tal-injam lejn l-Unjoni Ewropea *** (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Liberja dwar l-infurzar tal-liġi tal-foresti, il-governanza u l-kummerċ tal-prodotti tal-injam lejn l-Unjoni Ewropea [11104/2011 - C7-0241/2011- 2011/0160(NLE)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Elisabeth Köstinger (A7-0081/2012)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 2)
Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim.
6.3. Kondiviżjoni tar-riskju għal ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw jew huma mhedda b'diffikultajiet serji fejn tidħol l-istabilità finanzjarja tagħhom ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-kondiviżjoni tar-riskju għal ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw jew huma mhedda b'diffikultajiet serji fejn tidħol l-istabilità finanzjarja tagħhom [COM(2011)0655 - C7-0350/2011- 2011/0283(COD)] - Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali. Rapporteur: Danuta Maria Hübner (A7-0067/2012)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 3)
Francesco Enrico Speroni dwar l-iżvolġiment tal-ħin tal-votazzjonijiet.
6.4. Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kompatibilità mat-Trattati tal-Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar l-użu u t-trasferiment tar-Reġistri tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) lid-Dipartiment tas-Sigurtà Interna tal-Istati Uniti (votazzjoni)
Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa minn Cornelia Ernst f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kompatibilità mat-Trattati tal-Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar l-użu u t-trasferiment tar-Reġistri tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) lid-Dipartiment tas-Sigurtà Interna tal-Istati Uniti (B7-0200/2012)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 4)
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
Rifjutata
6.5. Ftehim bejn l-Istati Uniti u l-UE dwar l-użu u t-trasferiment tar-Reġistri tal-Ismijiet tal-Passiġġieri lid-Dipartiment tas-Sigurtà Interna tal-Istati Uniti *** (votazzjoni)
Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar tal-Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar l-użu u t-trasferiment tar-Reġistri tal-Ismijiet tal-Passiġġieri lid-Dipartiment tas-Siġurtà Interna tal-Istati Uniti [17433/2011 - C7-0511/2011- 2011/0382(NLE)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Sophia in 't Veld (A7-0099/2012)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 5)
Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim.
Interventi
Sophia in 't Veld (rapporteur), qabel il-votazzjoni, biex tagħti spjegazzjoni dwar il-lista ta' votazzjoni, u mbagħad wara l-votazzjoni, biex tiddissoċja ruħha mill-kontenut tat-test.
6.6. Bażi Komuni Konsolidata tat-Taxxa Korporattiva (BKKTK) * (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar Bażi Komuni Konsolidata tat-Taxxa Korporattiva (BKKTK) [COM(2011)0121 - C7-0092/2011- 2011/0058(CNS)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Marianne Thyssen (A7-0080/2012)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 6)
6.7. It-tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku * (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/96/KE li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku [COM(2011)0169 - C7-0105/2011- 2011/0092(CNS)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Astrid Lulling (A7-0052/2012)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 7)
Francesco De Angelis, Giommaria Uggias, Erminia Mazzoni, Kay Swinburne, Iva Zanicchi, Daniel Hannan, Peter Jahr, Julie Girling, Raffaele Baldassarre, Michał Tomasz Kamiński, Sergio Paolo Francesco Silvestris, Andrea Češková, Charles Tannock, Anna Záborská u Ryszard Czarnecki
Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kompatibilità mat-Trattati tal-Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar l-użu u t-trasferiment tar-Reġistri tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) lid-Dipartiment tas-Sigurtà Interna tal-Istati Uniti - B7-0200/2012
Julie Girling, Michał Tomasz Kamiński, Sergio Paolo Francesco Silvestris u Ryszard Czarnecki
Alfredo Antoniozzi, Ewald Stadler, Jens Rohde, Paul Murphy, Kay Swinburne, Jim Higgins, Daniel Hannan, Josef Weidenholzer, Raffaele Baldassarre, Peter Jahr, Michał Tomasz Kamiński, Pavel Poc, Mitro Repo, Diane Dodds, Anna Záborská, Charles Tannock, Elena Băsescu u Marina Yannakoudakis
Kay Swinburne, Daniel Hannan, Ivailo Kalfin, Marina Yannakoudakis, Raffaele Baldassarre, Julie Girling, Gay Mitchell, Sergio Paolo Francesco Silvestris, Andrea Češková, Elena Băsescu, Syed Kamall, Seán Kelly u Peter Jahr
Tkellem Charles Tannock dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 170 tar-Regoli ta' Proċedura.
Giovanni La Via, Jens Rohde, Kay Swinburne, Ivailo Kalfin, Jim Higgins, Alfredo Antoniozzi, Daniel Hannan, Izaskun Bilbao Barandica, Marina Yannakoudakis, Julie Girling, Norica Nicolai, Marek Józef Gróbarczyk, Charles Tannock, Syed Kamall u Jacky Hénin
Appell għal modi konkreti biex jiġu miġġielda l-frodi u l-evażjoni fiskali - B7-0203/2012
Charles Tannock, Kay Swinburne, Daniel Hannan, Syed Kamall, Seán Kelly u Julie Girling
8. Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot
Il-korrezzjonijiet għall-voti u l-intenzjonijiet tal-vot jidhru fis-sit "Séance en direct", "Résultats des votes (appels nominaux) / Results of votes (roll-call votes)" u fil-verżjoni stampata tal-anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet b'sejħa tal-Ismijiet".
Il-verżjoni elettronika fuq il-Europarl tiġi aġġornata regolarment tul perjodu ta' mhux aktar minn ġimagħtejn wara l-ġurnata tal-votazzjoni.
Wara li tgħaddi din l-iskadenza, il-korrezzjonijiet u l-intenzjonijiet tal-vot jiġu ffinalizzati sabiex isiru t-traduzzjonijiet u jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali.
(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 14.00 Ħin li fih tkompliet is-seduta: 15.00)
PRESIDENZA: Roberta ANGELILLI Viċi President
9. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta ta' qabel
Il-Minuti tas-seduta ta' qabel ġew approvati.
10. L-adeżjoni tal-UE għall-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (dibattitu)
Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: L-adeżjoni tal-UE għall-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem
Morten Bødskov (President fil-kariga tal-Kunsill) u Siim Kallas (Viċi President tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.
Tkellmu Kinga Gál f'isem il-Grupp PPE, Enrique Guerrero Salom f'isem il-Grupp S&D, Renate Weber f'isem il-Grupp ALDE, li wieġbet ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Charles Tannock, Barbara Lochbihler f'isem il-Grupp Verts/ALE, Ashley Fox f'isem il-Grupp ECR, li wieġeb ukoll għal tliet mistoqsijiet “karta blu” ta' Andrew Duff, Nicole Sinclaire u Sarah Ludford, Gerard Batten f'isem il-Grupp EFD, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Jörg Leichtfried, Marie-Christine Vergiat f'isem il-Grupp GUE/NGL, Nicole Sinclaire Membru mhux affiljata, li wieġbet ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Michael Cashman, Carlo Casini, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Jo Leinen, Juan Fernando López Aguilar, Andrew Duff, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Charles Tannock, Jean Lambert, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' William (The Earl of) Dartmouth, Tomasz Piotr Poręba, Philip Claeys, Roberto Gualtieri, Sarah Ludford, li wieġbet ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Gerard Batten, William (The Earl of) Dartmouth, Kinga Göncz, Jaroslav Paška u Michael Cashman.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Miroslav Mikolášik, Richard Howitt, Izaskun Bilbao Barandica, Charles Tannock u Andrew Henry William Brons.
Tkellem Franz Obermayr dwar l-iżvolġiment tad-dibattitu.
Tkellmu Siim Kallas u Morten Bødskov.
Id-dibattitu ngħalaq.
11. Passaporti bijometriċi (dibattitu)
Mistoqsija bi tweġiba orali (000052/2012) imressqa minn Carlos Coelho u Simon Busuttil f'isem il-Grupp PPE, Ioan Enciu u Henri Weber f'isem il-Grupp S&D, Cornelia Ernst f'isem il-Grupp GUE/NGL, Franziska Keller u Tatjana Ždanoka f'isem il-Grupp Verts/ALE, lill-Kummissjoni: Passaporti bijometriċi (B7-0107/2012)
Mistoqsija bi tweġiba orali (000065/2012) imressqa minn Sarah Ludford, Sophia in 't Veld, Renate Weber, Alexander Alvaro, Nadja Hirsch u Louis Michel f'isem il-Grupp ALDE, lill-Kummissjoni: Passaporti bijometriċi (B7-0108/2012)
Mistoqsija bi tweġiba orali (000100/2012) imressqa minn Timothy Kirkhope f'isem il-Grupp ECR, lill-Kummissjoni: Passaporti bijometriċi (B7-0112/2012)
Carlos Coelho, Ioan Enciu, Cornelia Ernst, Sarah Ludford u Franziska Keller daħlu aktar fil-fond dwar il-mistoqsijiet bi tweġiba orali (B7-0107/2012 u B7-0108/2012).
PRESIDENZA: Alexander ALVARO Viċi President
Roberts Zīle daħal aktar fil-fond dwar il-mistoqsija bi tweġiba orali B7-0112/2012.
Tkellmu Agustín Díaz de Mera García Consuegra f'isem il-Grupp PPE, Sylvie Guillaume f'isem il-Grupp S&D, Sophia in 't Veld f'isem il-Grupp ALDE, Tatjana Ždanoka f'isem il-Grupp Verts/ALE, Zbigniew Ziobro f'isem il-Grupp EFD, Simon Busuttil, Nessa Childers, Roberta Angelilli u Véronique Mathieu.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Miroslav Mikolášik, Seán Kelly, Janusz Władysław Zemke, Franz Obermayr u Petru Constantin Luhan.
Tkellmet Cecilia Malmström.
Id-dibattitu ngħalaq.
12. Delimitazzjoni taż-Żoni Inqas Vantaġġati fil-kuntest tar-riforma tal-PAK (dibattitu)
Mistoqsija bi tweġiba orali (000070/2012) imressqa minn Elisabeth Köstinger, Herbert Dorfmann u Albert Deß f'isem il-Grupp PPE, Luis Manuel Capoulas Santos u Paolo De Castro f'isem il-Grupp S&D, James Nicholson f'isem il-Grupp ECR, George Lyon, Marit Paulsen, Liam Aylward, Britta Reimers, Marian Harkin u Giommaria Uggias f'isem il-Grupp ALDE, lill-Kunsill: Id-delimitazzjoni ta' Żoni Żvantaġġati fil-kuntest tar-riforma tal-PAK (B7-0110/2012)
Mistoqsija bi tweġiba orali (000071/2012) imressqa minn Patrick Le Hyaric u Nikolaos Chountis f'isem il-Grupp GUE/NGL, lill-Kunsill: Delimitazzjoni taż-Żoni Inqas Vantaġġati fil-kuntest tar-riforma tal-PAK (B7-0111/2012)
Elisabeth Köstinger, Luis Manuel Capoulas Santos, James Nicholson u George Lyon daħlu aktar fil-fond dwar il-mistoqsija bi tweġiba orali B7-0110/2012.
Tkellmu Herbert Dorfmann f'isem il-Grupp PPE, Paolo De Castro f'isem il-Grupp S&D, Britta Reimers f'isem il-Grupp ALDE, Alyn Smith f'isem il-Grupp Verts/ALE, Janusz Wojciechowski f'isem il-Grupp ECR, Jacky Hénin f'isem il-Grupp GUE/NGL, Diane Dodds Membru mhux affiljata, Peter Jahr, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Werner Kuhn, Iratxe García Pérez, Liam Aylward, Martin Häusling, Julie Girling, Maria do Céu Patrão Neves, Csaba Sándor Tabajdi, Richard Ashworth, Sergio Paolo Francesco Silvestris, Karin Kadenbach, Albert Deß u Jarosław Kalinowski.
Tkellmet skont il-proċedura "catch the eye" Sabine Verheyen.
PRESIDENZA: Othmar KARAS Viċi President
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Phil Prendergast, Mairead McGuinness u Riikka Manner.
Tkellem João Ferreira biex jidħol aktar fil-fond dwar il-mistoqsija bi tweġiba orali B7-0111/2012.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Rareş-Lucian Niculescu, Giovanni La Via, Milan Zver u Seán Kelly.
Tkellem Morten Bødskov.
Id-dibattitu ngħalaq.
13. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
Il-President irċieva t-talbiet ta' ħatra li ġejjin mill-gruppi ALDE u EFD:
Kumitat PETI: Sonia Alfano
Kumitat speċjali dwar il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus: Marta Andreasen minflok Rolandas Paksas
Dawn il-ħatriet ser jitqiesu ratifikati jekk ma tiġix ippreżentata oġġezzjoni minn issa sal-approvazzjoni ta' dawn il-Minuti.
14. X'inhu ikel "prodott lokalment"? (dibattitu)
Mistoqsija bi tweġiba orali (000046/2012) imressqa minn Anna Maria Corazza Bildt f'isem il-Grupp PPE, u Evelyne Gebhardt f'isem il-Grupp S&D, lill-Kummissjoni: X'inhu ikel "prodott lokalment"? (B7-0109/2012)
Anna Maria Corazza Bildt u Evelyne Gebhardt daħlu aktar fil-fond dwar il-mistoqsija bi tweġiba orali.
Cecilia Malmström (Membru tal-Kummissjoni) wieġbet għall-mistoqsija bi tweġiba orali
Tkellmu Albert Deß f'isem il-Grupp PPE, Marc Tarabella f'isem il-Grupp S&D, Peter Jahr, biex jagħmel mistoqsija "karta blu" lil Albert Deß, li weġibha, Liam Aylward f'isem il-Grupp ALDE, José Bové f'isem il-Grupp Verts/ALE, Janusz Wojciechowski f'isem il-Grupp ECR, Jacek Włosowicz f'isem il-Grupp EFD, João Ferreira f'isem il-Grupp GUE/NGL, Diane Dodds Membru mhux affiljata, Zuzana Roithová, Phil Prendergast, James Nicholson, Herbert Dorfmann, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Franz Obermayr, Csaba Sándor Tabajdi u Lara Comi.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Elisabeth Köstinger, Olga Sehnalová, Mairead McGuinness, Karin Kadenbach, Andreas Mölzer, Maria do Céu Patrão Neves, Sergio Paolo Francesco Silvestris, Franz Obermayr, Anna Záborská, Rareş-Lucian Niculescu u Elena Băsescu.
Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Is-sitwazzjoni tal-migranti fil-Greċja
Morten Bødskov (President fil-kariga tal-Kunsill) għamel id-dikjarazzjoni.
PRESIDENZA: Anni PODIMATA Viċi President
Cecilia Malmström (Membru tal-Kummissjoni) għamlet id-dikjarazzjoni.
Tkellmu Marietta Giannakou f'isem il-Grupp PPE, Sylvie Guillaume f'isem il-Grupp S&D, Nathalie Griesbeck f'isem il-Grupp ALDE, li wieġbet ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Georgios Papanikolaou, Hélène Flautre f'isem il-Grupp Verts/ALE, Kyriacos Triantaphyllides f'isem il-Grupp GUE/NGL, Monika Hohlmeier, li wieġbet ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Paul Rübig, Dimitrios Droutsas, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Nikos Chrysogelos, Nikos Chrysogelos, Simon Busuttil, Georgios Papanikolaou u Emine Bozkurt.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Elena Băsescu, Maria Eleni Koppa, Franziska Keller, Franz Obermayr u Salvatore Iacolino.
Tkellmu Cecilia Malmström u Morten Bødskov.
Id-dibattitu ngħalaq.
(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 20.00 Ħin li fih tkompliet is-seduta: 21.00)
PRESIDENZA: Oldřich VLASÁK Viċi President
16. Abbozz ta' baġit emendatorju nru 1/2012: finanzjament tal-ITER (dibattitu)
Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2012 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, Taqsima III – Il-Kummissjoni [08136/2012 - C7-0088/2012- 2012/2011(BUD)] - Kumitat għall-Baġit. Rapporteur: Francesca Balzani (A7-0097/2012)
Francesca Balzani ippreżentat ir-rapport tagħha.
Tkellem Janusz Lewandowski (Membru tal-Kummissjoni).
Tkellmu Giovanni La Via f'isem il-Grupp PPE, Edit Herczog f'isem il-Grupp S&D, Carl Haglund f'isem il-Grupp ALDE, Isabelle Durant f'isem il-Grupp Verts/ALE, li wieġbet ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Edit Herczog, Richard Ashworth f'isem il-Grupp ECR, Marta Andreasen f'isem il-Grupp EFD, Vladimír Remek f'isem il-Grupp GUE/NGL, Salvador Garriga Polledo, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Isabelle Durant, Silvia-Adriana Ţicău, Jacky Hénin, Monika Hohlmeier u Gaston Franco.
Tkellmet skont il-proċedura "catch the eye" Elena Băsescu.
17. L-impatt fuq l-għoti ta' għajnuna tad-devoluzzjoni tal-ġestjoni tal-għajnuna esterna tal-Kummissjoni mill-kwartieri ġenerali tagħha għad-delegazzjonijiet tagħha (preżentazzjoni qasira)
Rapport dwar l-impatt fuq l-għoti ta' għajnuna tad-devoluzzjoni tal-ġestjoni tal-għajnuna esterna tal-Kummissjoni mill-kwartieri ġenerali tagħha għad-delegazzjonijiet tagħha [2011/2192(INI)] - Kumitat għall-Iżvilupp. Rapporteur: Filip Kaczmarek (A7-0056/2012)
Filip Kaczmarek għamel il-preżentazzjoni.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Elena Băsescu u João Ferreira.
18. Il-modernizzazzjoni tas-sistemi ta' edukazzjoni għolja fl-Ewropa (preżentazzjoni qasira)
Rapport dwar l-immodernizzar tas-sistemi ta’ edukazzjoni għolja fl-Ewropa [2011/2294(INI)] - Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni. Rapporteur: László Tőkés (A7-0057/2012)
László Tőkés għamel il-preżentazzjoni.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Milan Zver, Andrea Češková, Elena Băsescu, Miroslav Mikolášik, Marek Henryk Migalski, Inês Cristina Zuber, Iosif Matula, Katarína Neveďalová, Seán Kelly, Georgios Papanikolaou, Csanád Szegedi, Jaroslav Paška u Piotr Borys.
Tkellem Janusz Lewandowski (Membru tal-Kummissjoni).
Rapport dwar Suq uniku diġitali kompetittiv - il-Gvern elettroniku bħala xprun [2011/2178(INI)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Silvia-Adriana Ţicău (A7-0083/2012)
Silvia-Adriana Ţicău għamlet il-preżentazzjoni.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Georgios Papanikolaou, Elena Băsescu, Jaroslav Paška, Csanád Szegedi, Miroslav Mikolášik, Jean-Pierre Audy, Seán Kelly u Iosif Matula
Tkellem Janusz Lewandowski (Membru tal-Kummissjoni).