Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
Il-Ħamis, 24 ta' Mejju 2012 - Strasburgu

PRESIDENZA: Isabelle DURANT
Viċi President

8. Kompożizzjoni tal-Parlament

L-awtoritajiet kompetenti ta' Franza avżaw li, fis-16 ta' Mejju 2012, Kader Arif, Pascal Canfin, Stéphane Le Foll u Vincent Peillon inħatru bħala membri tal-gvern Franċiż.

Billi, bi qbil mal-Artikolu 7(1) tal-Att li jikkonċerna l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'votazzjoni universali diretta, din il-kariga mhix kompatibbli mal-kariga ta' Membru għall-Parlament Ewropew, il-Parlament, abbażi tal-Artikolu 4(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, stabbilixxa li l-postijiet huma vakanti b'seħħ mis-16 ta' Mejju 2012 u informa lill-Istat Membru kkonċernat dwar dan.

Avviż legali - Politika tal-privatezza