Rapport dwar il-Kooperazzjoni fil-qasam tal-politika dwar l-enerġija ma' pajjiżi lil hinn mill-fruntieri tagħna. Approċċ strateġiku għal provvista tal-enerġija sigura, sostenibbli u kompetittiva [2012/2029(INI)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Edit Herczog (A7-0168/2012)
Edit Herczog għamlet il-preżentazzjoni.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė, Jaroslav Paška, Maria Da Graça Carvalho, Jacek Włosowicz u Zuzana Roithová.
Tkellmet Neelie Kroes (Viċi President tal-Kummissjoni).