Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ) jidhru fl-Anness 'Riżultati tal-Votazzjonijiet', mehmuż mal-Minuti.
Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq Europarl.
7.1. Ħatra ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri (Iliana Ivanova - Bulgarija) (votazzjoni)
Rapport dwar il-ħatra proposta ta' Iliana Ivanova bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri [N7-0061/2012 - C7-0111/2012- 2012/0803(NLE)] - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Inés Ayala Sender (A7-0188/2012)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 1) (votazzjoni bi skrutinju sigriet) Il-lista tal-Membri li vvutaw hija annessa mal-Minuti (Anness 1 tal- Minuti ta' 13.6.2012)
7.2. Rakkomandazzjoni lill-Kunsill dwar is-67 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (votazzjoni)
Rapport bi proposta għal rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill dwar is-67 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti [2012/2036(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Alexander Graf Lambsdorff (A7-0186/2012)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 2)
PROPOSTA GĦAL RAKKOMANDAZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW LILL-KUNSILL
7.3. Skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati [COM(2011)0241 - C7-0116/2011- 2011/0117(COD)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Christofer Fjellner (A7-0054/2012)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 3)
7.4. It-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b'diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabilità finanzjarja tagħhom fiż-żona tal-euro ***I (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b'diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabilità finanzjarja tagħhom fiż-żona tal-euro [COM(2011)0819 - C7-0449/2011- 2011/0385(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Jean-Paul Gauzès (A7-0172/2012)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 4)
Jean-Paul Gauzès (rapporteur) ippropona l-posponiment tal-votazzjoni dwar l-abbozz tar-riżoluzzjoni leġiżlattiva skont l-Artikolu 57(2) tar-Regoli ta' Proċedura.
Il-Parlament approva l-proposta. Il-kwistjoni tqieset għalhekk posposta għal rieżami lill-kumitat responsabbli.
7.5. Dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro [COM(2011)0821 - C7-0448/2011- 2011/0386(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Elisa Ferreira (A7-0173/2012)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 5)
Elisa Ferreira (rapporteur) ipproponiet il-posponiment tal-votazzjoni dwar l-abbozz tar-riżoluzzjoni leġiżlattiva skont l-Artikolu 57(2) tar-Regoli ta' Proċedura.
Il-Parlament approva l-proposta. Il-kwistjoni tqieset għalhekk posposta għal rieżami lill-kumitat responsabbli.
7.6. Twessigħ tal-ambitu ġeografiku tal-ħidma tal-BERŻ għar-reġjun tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-Mediterran ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar emendi tal-Ftehim li jistabbilixxi l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (il-BERŻ) li jwessgħu l-ambitu ġeografiku tal-ħidma tal-BERŻ għar-reġjun tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-Mediterran. [COM(2011)0905 - C7-0523/2011- 2011/0442(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Slavi Binev (A7-0142/2012)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 6)