Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1300/2008 tat-18 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi pjan pluriennali [multiannwali] għall-istokk ta’ aringi li jinsab fil-Punent tal-Iskozja u għas-sajd li jisfrutta dak l-istokk [COM(2011)0760 - C7-0432/2011- 2011/0345(COD)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Struan Stevenson (A7-0145/2012)
Struan Stevenson ippreżenta r-rapport tiegħu.
Tkellem John Dalli (Membru tal-Kummissjoni).
Tkellmu Werner Kuhn f'isem il-Grupp PPE, Guido Milana f'isem il-Grupp S&D, Pat the Cope Gallagher f'isem il-Grupp ALDE, Ian Hudghton f'isem il-Grupp Verts/ALE, Lucas Hartong Membru mhux affiljat, Alain Cadec, Chris Davies, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Lucas Hartong, u Lambert van Nistelrooij.
PRESIDENZA: Jacek PROTASIEWICZ Viċi President
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Seán Kelly u Gabriel Mato Adrover.