Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
Il-Ħamis, 14 ta' Ġunju 2012 - Strasburgu

10. Avviżi mill-Presidenza
Rapporti Verbatim

Il-President ikkummenta dwar il-każ ta' Asmaa Mahfouz (punt 10 tal- Minuti ta' 11.6.2012) li ġiet assolta fil-Kajr u għadda lill-Parlament ir-ringrazzjament ta' Asmaa Mahfouz għas-sostenn effikaċi li l-Parlament taha.

Il-President, b'segwitu għad-deċiżjoni tal-Kunsill li jemenda unilateralment il-bażi ġuridika dwar il-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni ta' Schengen, u għad-deċiżjoni adottata llum b'maġġoranza kbira mill-Konferenza tal-Presidenti, għarraf li l-Parlament issospenda kull kooperazzjoni mal-Kunsill dwar id-dossiers relatati fl-istennija ta' proċedura komuni bejn il-Kunsill u l-Parlament. Għarraf ukoll li r-rapporti Carlos Coelho u Renate Weber ġew irtirati mill-aġenda ta' Lulju.

Tkellmet Nicole Sinclaire.

Avviż legali - Politika tal-privatezza