4. Atti delegati (Artikolu 87a tar-Regoli ta' Proċedura)
L-abbozzi ta' atti delegati li ġejjin intbagħtu lill-Parlament:
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru ../.../ ta’ 28.6.2012 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 tal-Kunsill dwar il-kooperazzjoni transnazzjonali u n-negozjati kontrattwali tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-ħalib u tal-lattiċibi - C(2012)4297 - skadenza : 28.8.2012 irreferut responsabbli: AGRI
Deċiżjoni delegata tal-Kummissjoni tad-29.6.2012 relattiva għall-inkjesti u l-multi marbutin mal-manipulazzjoni tal-istatistika msemmija fir-Regolament (UE) Nru 1173/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiz-zona tal-euro - C(2012)4361 - skadenza : 29.8.2012 irreferut responsabbli: ECON
Regolament iddelegat mill-Kummissjoni tad-29.6.2012 li jissupplementa r-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli tekniċi relattivi għall-obbligi ta' notifika u pubblikazzjoni tal-pożizzjonijiet bin-nieqes netti, bl-imnut dwar informazzjoni li għandha tingħata lill-Awtorità Ewropea għas-Swieq Finanzjarji dwar dawn il-pożizzjonijiet u l-metodu ta' kalkolu tal-volum ta' skambji li jrid jiġi applikat biex ikunu ddeterminati l-azzjonijiet eżenti - C(2012)4362 - skadenza : 29.7.2012 irreferut responsabbli: ECON opinjoni : JURI