Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
Il-Ħamis, 5 ta' Lulju 2012 - Strasburgu

5. Kompożizzjoni tal-Parlament

Kyriakos Mavronikolas ippreżenta r-riżenja tiegħu mill-mandat ta' Membru tal-Parlament Ewropew b'effett mill-1 ta' Settembru 2012.

Bi qbil mal-Artikolu 4(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-Parlament stabbilixxa li l-post huwa vakanti b'seħħ minn din id-data u informa lill-awtorità nazzjonali kkonċernata dwar dan.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Finlandja kkomunikaw il-ħatra ta' Carl Haglund bħala membru tal-Gvern Finlandiż b'effett mill-5 ta' Lulju 2012 u l-ħatra ta' Nils Torvalds biex jissosttwih fil-Parlament Ewropew b'effett mill-istess data.

B'konformità mal-Artikolu 7, paragrafu 1 tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett u l-Artikolu 4, paragrafi 1 u 4 tar-Regoli ta' Proċedura, il-Parlament ħa nota tas-siġġu battal ta' Carl Haglund mill-5 ta' Lulju 2012 u ħa nota tal-ħatra ta' Nils Torvalds bħala Membru tal-Parlament Ewropew b'effett mill-istess data.

Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tiegħu jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Nils Torvalds jieħu postu fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdi mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel ikun għamel id-dikjarazzjoni li ma għandu ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.

Avviż legali - Politika tal-privatezza