Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ) jidhru fl-Anness 'Riżultati tal-Votazzjonijiet', mehmuż mal-Minuti.
Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq Europarl.
13.1. Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ***I (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar l-abbozz ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda il-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-Anness I tiegħu [02074/2011 - C7-0090/2011- 2011/0901A(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Alexandra Thein (A7-0185/2012)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 1)
13.2. Imħallfin ad interim tat-tribunal għas-servizz pubbliku tal-Unjoni Ewropea ***I (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar l-abbozz ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imħallfin ad interim tat-tribunal għas-servizz pubbliku tal-Unjoni Ewropea [01923/2011 - C7-0091/2011- 2011/0902(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Alexandra Thein (A7-0184/2012)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 2)
13.3. Għajnuna finanzjarja fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport u tal-enerġija ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE li tistabilixxi Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (2007 sa 2013) u r-Regolament (KE) Nru 680/2007 li jistabilixxi r-regoli ġenerali għall-għoti ta' għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport u tal-enerġija [COM(2011)0659 - C7-0372/2011- 2011/0301(COD)] - Kumitat għall-Baġit. Rapporteur: Göran Färm (A7-0150/2012)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 3)
Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2012 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, Taqsima III – Il-Kummissjoni [11113/2012 - C7-0147/2012- 2012/2071(BUD)] - Kumitat għall-Baġit. Rapporteur: Francesca Balzani (A7-0206/2012)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 4)
imressqa mill-Membri li ġejjin: Véronique De Keyser, Pino Arlacchi, Emine Bozkurt, Ricardo Cortés Lastra, Emer Costello, Robert Goebbels, Ana Gomes, Richard Howitt, Wolfgang Kreissl-Dörfler, María Muñiz De Urquiza, Norbert Neuser, Raimon Obiols u Boris Zala f'isem il-Grupp S&D; Annemie Neyts-Uyttebroeck, Chris Davies, Marielle de Sarnez, Niccolò Rinaldi, Robert Rochefort u Ivo Vajgl f'isem il-Grupp ALDE; Margrete Auken, Nicole Kiil-Nielsen, Hélène Flautre, Judith Sargentini, Raül Romeva i Rueda, Ana Miranda, Malika Benarab-Attou, Eva Joly u Daniel Cohn-Bendit f'isem il-Grupp Verts/ALE; Patrick Le Hyaric, Kyriacos Triantaphyllides, Sabine Lösing, Nikolaos Chountis u Marisa Matias f'isem il-Grupp GUE/NGL.