Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 10 ta' Settembru 2012 - Strasburgu

16. Mistoqsijiet għal tweġiba orali u dikjarazzjonijiet bil-miktub (tressiq)

Id-dokumenti msemmija hawn taħt tressqu mill-Membri

1) mistoqsijiet bi tweġiba orali (Artikolu 115 tar-Regoli ta' Proċedura)

- (O-000114/2012) mressqa minn James Nicholson u Marina Yannakoudakis f'isem il-Grupp ECR, lill-Kummissjoni: Il-ġestjoni attwali tas-settur taz-zokkor (B7-0353/2012);

- (O-000116/2012) mressqa minn George Lyon, Britta Reimers, Sarah Ludford, Ramon Tremosa i Balcells u Marielle de Sarnez f'isem il-Grupp ALDE, lill-Kummissjoni: Il-ġestjoni attwali tas-settur taz-zokkor (B7-0354/2012);

- (O-000124/2012) mressqa minn Alexander Alvaro, Sophia in 't Veld, Sarah Ludford, Renate Weber, Louis Michel, Jens Rohde u Nathalie Griesbeck f'isem il-Grupp ALDE, lill-Kummissjoni: Reviżjoni tal-qafas attwali dwar iż-żamma tad-data (B7-0355/2012);

- (O-000125/2012) mressqa minn Judith Sargentini, Carl Schlyter, Jan Philipp Albrecht, Eva Lichtenberger, Amelia Andersdotter u Christian Engström f'isem il-Grupp Verts/ALE, lill-Kummissjoni: Reviżjoni tal-qafas attwali dwar iż-żamma tad-data (B7-0356/2012);

- (O-000126/2012) mressqa minn Juan Fernando López Aguilar, Sylvie Guillaume, Claude Moraes u Dimitrios Droutsas f'isem il-Grupp S&D, lill-Kummissjoni: Reviżjoni tal-qafas attwali dwar iż-żamma tad-data (B7-0357/2012);

- (O-000128/2012) mressqa minn Cornelia Ernst f'isem il-Grupp GUE/NGL, lill-Kummissjoni: Reviżjoni tal-qafas attwali dwar iż-żamma tad-data (B7-0358/2012);

- (O-000143/2012) mressqa minn Luis Manuel Capoulas Santos f'isem il-Grupp S&D, lill-Kummissjoni: Il-ġestjoni attwali tas-settur taz-zokkor (B7-0359/2012).

2) dikjarazzjonijiet bil-miktub biex jiddaħħlu fir-Reġistru (Artikolu 123 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Dieter-Lebrecht Koch, Seán Kelly u Brian Simpson, dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Konvenzjoni tal-UNESCO għall-Ħarsien tal-Patrimonju Kulturali Intanġibbli (0025/2012);

- Jarosław Leszek Wałęsa, Reinhard Bütikofer, Tarja Cronberg u Edvard Kožušník, dwar l-appoġġ għall-Pjan ta' Azzjoni Global Zero għall-eliminazzjoni gradwali u verifikata tal-armi nukleari kollha madwar id-dinja (0026/2012);

- Heinz K. Becker, Jan Philipp Albrecht, Karima Delli, Andrew Duff u Eider Gardiazábal Rubial, dwar it-tnaqqis tal-età tal-votazzjoni għal 16-il sena (0027/2012);

- Georgios Koumoutsakos, Alexander Alvaro, Roberta Angelilli, Maria Badia i Cutchet u Keith Taylor, dwar il-ħolqien ta' Ġurnata Ewropea kontra l-ibbuljar u l-vjolenza fl-iskejjel (0028/2012);

- Lívia Járóka, Mikael Gustafsson, Juan Fernando López Aguilar u Cecilia Wikström, dwar l-istabbiliment ta' Jum Ewropew ta' Tifkira għall-Vittmi tal-Porajmos (Olokawstu tar-Rom) (0029/2012);

- Erminia Mazzoni, Carlo Casini u Jarosław Leszek Wałęsa, dwar il-libertà ta' reliġjon (0030/2012).

Avviż legali - Politika tal-privatezza