Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/105/KE u 2009/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [COM(2011)0315 - C7-0150/2011- 2011/0150(COD)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Lara Comi (A7-0069/2012)
Lara Comi ippreżentat ir-rapport tagħha.
PRESIDENZA: Roberta ANGELILLI Viċi President
Tkellmet Viviane Reding (Viċi President tal-Kummissjoni).
Tkellmu Adam Gierek (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ITRE), Andreas Schwab f'isem il-Grupp PPE, Christel Schaldemose f'isem il-Grupp S&D, Heide Rühle f'isem il-Grupp Verts/ALE, Edvard Kožušník f'isem il-Grupp ECR, Jaroslav Paška f'isem il-Grupp EFD, Regina Bastos, Evelyne Gebhardt, Ildikó Gáll-Pelcz u Barbara Weiler.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Zofija Mazej Kukovič, Silvia-Adriana Ţicău, Sergio Gaetano Cofferati u Malcolm Harbour.
Tkellmu Toine Manders f'isem il-Grupp ALDE, Viviane Reding u Lara Comi.