Rapport dwar il-proposta emendata għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1760/2000 dwar l-identifikazzjoni elettronika tal-annimali bovini u t-tneħħija tad-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettjar volontarju taċ-ċanga [COM(2012)0162 - C7-0114/2012- 2011/0229(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel. Rapporteur: Sophie Auconie (A7-0199/2012)
Sophie Auconie ppreżentat ir-rapport tagħha.
Tkellmet Viviane Reding (Viċi President tal-Kummissjoni).
Tkellmu Julie Girling, Pilar Ayuso f'isem il-Grupp PPE, Dagmar Roth-Behrendt f'isem il-Grupp S&D, Riikka Manner f'isem il-Grupp ALDE, Janusz Wojciechowski f'isem il-Grupp ECR, Oreste Rossi f'isem il-Grupp EFD, Nick Griffin Membru mhux affiljat, Horst Schnellhardt, Kriton Arsenis, Britta Reimers, John Bufton, José Manuel Fernandes, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Mara Bizzotto, Peter Liese, Mario Pirillo, Daciana Octavia Sârbu, James Nicholson (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AGRI) u Diane Dodds.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Rareş-Lucian Niculescu, Peter Jahr, Giancarlo Scottà u Andreas Mölzer.