Rapport dwar l-allegati trasportazzjoni u żamma illegali ta’ priġunieri f’pajjiżi Ewropej mis-CIA: segwitu tar-Rapport tal-Kumitat TDIP tal-PE [2012/2033(INI)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Hélène Flautre (A7-0266/2012)
Hélène Flautre ippreżentat ir-rapport tagħha.
PRESIDENZA: Georgios PAPASTAMKOS Viċi President
Tkellmet Viviane Reding (Viċi President tal-Kummissjoni).
Tkellmu Sarah Ludford (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AFET), Michèle Striffler f'isem il-Grupp PPE, Tanja Fajon f'isem il-Grupp S&D, Sophia in 't Veld f'isem il-Grupp ALDE, Frieda Brepoels f'isem il-Grupp Verts/ALE, Timothy Kirkhope f'isem il-Grupp ECR, Marie-Christine Vergiat f'isem il-Grupp GUE/NGL, Andreas Mölzer Membru mhux affiljat, Carlos Coelho, Sylvie Guillaume, Konrad Szymański, li wieġeb ukoll għal żewġ mistoqsijiet "karta blu" ta' Sophia in 't Veld u Sarah Ludford, Inês Cristina Zuber, Elena Băsescu, Ioan Enciu u Sajjad Karim.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Monika Flašíková Beňová, Paul Murphy, Jaroslav Paška u Andrew Henry William Brons.