Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 1999/32/KE fir-rigward tal-kontenut ta’ kubrit fil-fjuwils tal-baħar [COM(2011)0439 - C7-0199/2011- 2011/0190(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Satu Hassi (A7-0038/2012)
Satu Hassi ppreżentat ir-rapport tagħha.
Tkellem Janez Potočnik (Membru tal-Kummissjoni).
Tkellmu Vilja Savisaar-Toomast (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat TRAN), Christofer Fjellner f'isem il-Grupp PPE, Marita Ulvskog f'isem il-Grupp S&D, Holger Krahmer f'isem il-Grupp ALDE, Carl Schlyter f'isem il-Grupp Verts/ALE, Sampo Terho f'isem il-Grupp EFD, Sabine Wils f'isem il-Grupp GUE/NGL, Jacqueline Foster f'isem il-Grupp ECR, Richard Seeber, Janusz Władysław Zemke, Bas Eickhout, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Bendt Bendtsen, u Liisa Jaakonsaari.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Peter van Dalen, Agnès Le Brun, Karin Kadenbach, Werner Kuhn, Riikka Manner, Diane Dodds, Georgios Koumoutsakos, Silvia-Adriana Ţicău, Pilar Ayuso, Bogusław Sonik u Matthias Groote.