Sitwazzjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-acquis fil-qasam tal-enerġija (it-3 pakkett)
Günther Oettinger (Membru tal-Kummissjoni) u Joaquín Almunia (Viċi President tal-Kummissjoni)
Tkellem Rareş-Lucian Niculescu dwar il-perjodu riżervat għall-ħin għall-mistoqsijiet.
Günther Oettinger u Joaquín Almunia wieġbu għall-mistoqsijiet tal-Membri: Romana Jordan, Monika Flašíková Beňová, Graham Watson, Teresa Riera Madurell, Claude Turmes, Bendt Bendtsen, Silvia-Adriana Ţicău, Konrad Szymański, Jaroslav Paška, Bruno Gollnisch, Zigmantas Balčytis, Jolanta Emilia Hibner u António Fernando Correia de Campos.
Il-ħin għall-mistoqsijiet lill-Kummissjoni ntemm.
(Is-seduta ġiet sospiża għal ftit.)
PRESIDENZA: Edward McMILLAN-SCOTT Viċi President
Il-President ħabbar li nħelsu ż-żewġ ġurnalisti Svediżi Martin Schibbye u Johan Persson, li kienu miżmuma fl-Etjopja.