Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tlieta, 11 ta' Settembru 2012 - Strasburgu

7. Kompożizzjoni tal-Parlament

L-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika Ċeka avżaw li Vojtěch Mynář ġie elett għall-Parlament Ewropew minflok Jiří Havel bħala Membru tal-Parlament, b'seħħ mit-23 ta' Lulju 2012.

Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tiegħu jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Vojtěch Mynář jieħu postu fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdi mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel ikun għamel id-dikjarazzjoni li ma għandu ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.

Avviż legali - Politika tal-privatezza