Rapport dwar il-proposta emendata għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1760/2000 dwar l-identifikazzjoni elettronika tal-annimali bovini u t-tneħħija tad-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettjar volontarju taċ-ċanga [COM(2012)0162 - C7-0114/2012- 2011/0229(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Sophie Auconie (A7-0199/2012)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 9)
Sophie Auconie (rapporteur) ipproponiet li l-votazzjoni dwar l-abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva tiġi posposta bi qbil mal-Artikolu 57(2) tar-Regoli ta' Proċedura.
Il-Parlament wera l-qbil tiegħu għal din il-proposta permezz ta' votazzjoni elettronika (397 vot favur, 269 kontra u 10 astensjonijiet). Għaldaqstant, il-kwistjoni titqies li ġiet riferuta lura għar-rieżami lill-kumitat kompetenti.