Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 12 ta' Settembru 2012 - Strasburgu

2. Atti delegati (Artikolu 87a tar-Regoli ta' Proċedura)

L-abbozzi ta' atti delegati li ġejjin intbagħtu lill-Parlament:

Regolament ta’ delega tal-Kummissjoni (UE) ta’ 5.7.2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar bejgħ bin-nieqes u ċerti aspetti ta' swaps ta' inadempjenza tal-kreditu fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għall-metodu tal-kalkolu tal-waqgħa fil-valur għal ishma likwidi u strumenti finanzjarji oħra - C(2012)4530 - skadenza : 05.08.2012
irreferut lill-kumitat responsabbli : ECON

Regolament ta’ delega tal-Kummissjoni (UE) ta’ 5.7.2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar bejgħ bin-nieqes u ċerti aspetti ta’ swaps ta' inadempjenza tal-kreditu fir-rigward tad-definizzjonijiet, il-kalkolu ta’ pożizzjonijiet bin-nieqes netti, swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu sovrani koperti, livelli limitu ta’ notifika, livelli limitu ta’ likwidità għas-sospensjoni tar-restrizzjonijiet, waqgħat sinifikanti fil-valur tal-istrumenti finanzjarji u avvenimenti avversi - C(2012)4529 - skadenza : 05.10.2012
irreferut lill-kumitat responsabbli : ECON

Regolament ta’ delega tal-Kummissjoni (UE) ta’ 12.7.2012 li jissupplimenta r-Regolament (KE) 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli ta’ proċedura dwar multi imposti fuq l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq inklużi regoli dwar id-dritt tad-difiża u dispożizzjonijiet temporali - C(2012)4787 - skadenza : 12.10.2012
irreferut lill-kumitat responsabbli : ECON

Regolament ta’ delega tal-Kummissjoni (UE) ta’ 12.7.2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tal-bozoz tal-elettriku u l-unitajiet tat-tidwil - C(2012)4641 - skadenza : 12.09.2012
irreferut lill-kumitat responsabbli : ITRE

Avviż legali - Politika tal-privatezza