Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 fir-rigward tal-esklużjoni ta' għadd ta' pajjiżi mil-lista ta' reġjuni jew stati li kkonkludew in-negozjati [COM(2011)0598 - C7-0305/2011- 2011/0260(COD)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: David Martin (A7-0207/2012)
David Martin ippreżenta r-rapport tiegħu.
PRESIDENZA: Jacek PROTASIEWICZ Viċi President
Tkellem Karel De Gucht (Membru tal-Kummissjoni)
Tkellmu Christofer Fjellner f'isem il-Grupp PPE, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Syed Kamall, Bernd Lange f'isem il-Grupp S&D, Niccolò Rinaldi f'isem il-Grupp ALDE, Franziska Keller f'isem il-Grupp Verts/ALE, Helmut Scholz f'isem il-Grupp GUE/NGL, Vital Moreira, Paul Murphy, Maria Badia i Cutchet u Michael Cashman.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" João Ferreira u Patrice Tirolien.