Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fondi ta’ Intraprenditorija Soċjali Ewropej [COM(2011)0862 - C7-0489/2011- 2011/0418(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Sophie Auconie (A7-0194/2012)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 9)
Sophie Auconie (rapporteur) ipproponiet li l-votazzjoni dwar l-abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva tiġi posposta bi qbil mal-Artikolu 57(2) tar-Regoli ta' Proċedura.
Il-Parlament wera l-qbil tiegħu ma' din il-proposta. Il-kwistjoni għalhekk se terġa' tiġi riferuta lill-kumitat kompetenti biex terġa' tiġi eżaminata.