11.11. L-implimentazzjoni tal-klawsola ta' salvagwardja bilaterali u l-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni għall-banana tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-UE u l-Kolombja u l-Perù ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jimplimenta l-klawsola ta' salvagwardja bilaterali u l-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni għall-banana tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kolombja u l-Peru [COM(2011)0600 - C7-0307/2011- 2011/0262(COD)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Bernd Lange (A7-0249/2012)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 11)
Bernd Lange (rapporteur) ippropona li l-votazzjoni dwar l-abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva tiġi posposta bi qbil mal-Artikolu 57(2) tar-Regoli ta' Proċedura.
Il-Parlament wera l-qbil tiegħu ma' din il-proposta. Il-kwistjoni għalhekk se terġa' tiġi riferuta lill-kumitat kompetenti biex terġa' tiġi eżaminata.