3. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja
Il-President avża li, flimkien mal-President tal-Kunsill, illum se jipproċedi bl-iffirmar tal-atti li ġejjin, adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 74 tar-Regoli ta' Proċedura):
- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta' salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta' membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri minn kumpanniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 54 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dwar il-formazzjoni ta' kumpanniji pubbliċi ta' responsabbiltà limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, bil-għan li jagħmlu dawn is-salvagwardji ekwivalenti (Riformulazzjoni) (00050/2012/LEX - C7-0349/2012 - 2011/0011(COD));
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (00045/2012/LEX - C7-0348/2012 - 2010/0395(COD));
- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2011/220/ĠAI (00037/2012/LEX - C7-0347/2012 - 2011/0129(COD));
- Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ skambju ta’ informazzjoni fir-rigward tal-ftehimiet intergovernattivi bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi fil-qasam tal-enerġija (00030/2012/LEX - C7-0346/2012 - 2011/0238(COD));
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 726/2004, fir-rigward tal-farmakoviġilanza (00042/2012/LEX - C7-0345/2012 - 2012/0023(COD));
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Imħallfin ad interim tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (00029/2012/LEX - C7-0344/2012 - 2011/0902(COD));
- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (00035/2012/LEX - C7-0343/2012 - 2011/0172(COD));
- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti użi permessi ta' xogħlijiet orfni (00036/2012/LEX - C7-0342/2012 - 2011/0136(COD));
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (00032/2012/LEX - C7-0341/2012 - 2011/0150(COD));
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jintroduċi preferenzi kummerċjali awtonomi ta' emerġenza għall-Pakistan (00047/2012/LEX - C7-0340/2012 - 2010/0289(COD));
- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2001/83/KE fir-rigward tal-farmakoviġilanza (00043/2012/LEX - C7-0339/2012 - 2012/0025(COD));
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tar-reġim tal-iskema ta' pagament uniku u l-appoġġ għal min ikabbar id-dwieli (00046/2012/LEX - C7-0338/2012 - 2011/0285(COD));
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE ("ir-Regolament tal-IMI") (00025/2012/LEX - C7-0336/2012 - 2011/0226(COD));
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti miżuri għall-iskop tal-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut fir-rigward ta' pajjiżi li jippermettu sajd mhux sostenibbli (00039/2012/LEX - C7-0335/2012 - 2011/0434(COD));
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 (00026/2012/LEX - C7-0334/2012 - 2011/0117(COD)).
4. Ordni tal-ħidma
Il-punt li jmiss kien l-ordni tal-ħidma.
L-abbozz tal-aġenda definittiv ta' din is-sessjoni parzjali (PE 496.283/PDOJ) tqassam. Ma ġiet proposta l-ebda bidla.
L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.
5. Atti delegati (Artikolu 87a tar-Regoli ta' Proċedura)
L-abbozzi ta' atti delegati li ġejjin intbagħtu lill-Parlament:
Rettifika għar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni ta' 4.6.2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 809/2004 fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-kunsens biex jintuża l-prospett, l-informazzjoni dwar l-indiċi sottostanti u r-rekwiżit għal rapport imħejji minn accountants jew awdituri indipendenti, adottat taħt ir-referenza C(2012) 3505 final - C(2012)6487 - Data tad-dħul fis-seħħ: dik tad-data tal-pubblikazzjoni fil-ĠUUE.
irreferut għal informazzjoni: ECON, JURI
Direttiva ta' Delega tal-Kummissjoni .../…/UE ta' 10.10.2012 li temenda, għall-finijiet ta’ adattament għall-progress tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għal applikazzjonijiet li fihom iċ-ċomb - C(2012)7036 - skadenza: xahrejn
irreferut responsabbli: ENVI
Direttiva ta' Delega tal-Kummissjoni .../…/UE ta’ 10.10.2012 li temenda, għall-finijiet ta’ adattament għall-progress tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għal applikazzjonijiet li fihom il-kadmju - C(2012)7037 - skadenza: xahrejn
irreferut responsabbli: ENVI
6. Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 88 tar-Regoli ta' Proċedura)
Intbagħtu lill-Parlament l-abbozzi ta' miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin li jaqgħu taħt il-proċedura regolatorja bi skrutinju:
- Proposta għal regolament tal-Kunsill dwar l-użu tal-aċidu lattiku biex titnaqqas il-kontaminazzjoni mikrobijoloġika tal-wiċċ fuq karkassi bovini (COM(2012)0578 - 2012/2840(RPS) - skadenza: 03/12/2012) irreferut responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru .../... li jemenda l-Annessi I u IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċerta enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (D014006/06 - 2012/2797(RPS) - skadenza: 26/12/2012) irreferut responsabbli: ENVI opinjoni: AGRI
- Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru .../... li jemenda r-Regolament (KE) Nru 152/2009 dwar il-metodi ta' analiżi għad-determinazzjoni tal-kostitwenti ta' oriġini mill-annimali għall-kontroll uffiċjali tal-għalf (D020727/05 - 2012/2795(RPS) - skadenza: 22/12/2012) irreferut responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru .../... li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1950/2006 li jistabbilixxi, skont id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-kodiċi Komunitarju rigward prodotti mediċinali veterinarji, lista ta’ sustanzi essenzjali għat-trattament tal-ekwidi (D021851/02 - 2012/2798(RPS) - skadenza: 25/12/2012) irreferut responsabbli: ENVI opinjoni: AGRI
- Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru .../... li jemenda l-Annessi I u V tar-Regolament (KE) Nru 689/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ sustanzi kimiċi perikolużi (D022383/02 - 2012/2826(RPS) - skadenza: 06/01/2013) irreferut responsabbli: ENVI
- Direttiva tal-Kummissjoni .../…/UE li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex il-piriprossifen ikun inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I tagħha (D022389/01 - 2012/2820(RPS) - skadenza: 05/01/2013) irreferut responsabbli: ENVI
- Direttiva tal-Kummissjoni .../…/UE li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex il-diflubenżuron jiġi inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I tagħha (D022400/02 - 2012/2819(RPS) - skadenza: 05/01/2013) irreferut responsabbli: ENVI
- Direttiva tal-Kummissjoni .../…/UE li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex it-thiamethoxam jiġi inkluż fl-Anness I tagħha bħala sustanza attiva mal-prodotti tat-tip 18 (D022401/02 - 2012/2821(RPS) - skadenza: 05/01/2013) irreferut responsabbli: ENVI
- Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar in-noninklużjoni ta’ ċerti sustanzi fl-Anness I, IA jew IB tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (D022402/01 - 2012/2822(RPS) - skadenza: 05/01/2013) irreferut responsabbli: ENVI
- Direttiva tal-Kummissjoni .../…/UE li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex il-Klorur tad-Dideċildimetilammonju jiġi inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I tagħha (D022408/02 - 2012/2824(RPS) - skadenza: 05/01/2013) irreferut responsabbli: ENVI
- Direttiva tal-Kummissjoni .../…/UE li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex il-klorur tal-alkil(C12-16)dimetilbenżilammonju jiġi inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I tagħha (D022409/02 - 2012/2823(RPS) - skadenza: 05/01/2013) irreferut responsabbli: ENVI
- Direttiva tal-Kummissjoni .../…/UE li temenda l-Anness II tad-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vetturi li m'għadhomx jintużaw (Test b'relevanza għaż-ŻEE) (D022556/01 - 2012/2790(RPS) - skadenza: 12/12/2012) irreferut responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru .../... li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika dwar l-enerġija, fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ aġġornamenti ta’ kull xahar u annwali għall-istatistika dwar l-enerġija (D022560/01 - 2012/2794(RPS) - skadenza: 21/12/2012) irreferut responsabbli: ITRE
- Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru .../... li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2214/96 li jikkonċerna indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur (HICP): trasmissjoni u tixrid ta' sottoindiċijiet tal-HICP, rigward l-istabbiliment tal-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet tal-konsum fuq rati tat-taxxa kostanti (D022679/02 - 2012/2831(RPS) - skadenza: 12/01/2013) irreferut responsabbli: ECON
- Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru .../... li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirrigwarda l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kondizzjonijiet tal-għixien (UE-SILC) fir-rigward tal-lista tal-2014 tal-fatturi varjabbli sekondarji fil-mira dwar it-tiċħid materjali (D022727/02 - 2012/2827(RPS) - skadenza: 09/01/2013) irreferut responsabbli: EMPL
- Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru .../... li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, fir-rigward tal-istatistika bbażata fuq l-Istħarriġ Ewropew dwar is-Saħħa permezz ta' Intervisti (EHIS) (D022728/02 - 2012/2839(RPS) - skadenza: 16/01/2013) irreferut responsabbli: ENVI opinjoni: EMPL
- Direttiva tal-Kummissjoni .../…/UE li temenda, bl-iskop li jiġu adattati d-dispożizzjonijiet tekniċi tagħha, id-Direttiva 2009/144/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti komponenti u karatteristiċi tat-tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (D022751/01 - 2012/2810(RPS) - skadenza: 27/12/2012) irreferut responsabbli: IMCO
- Regolament tal-Kummissjoni (UE) li jemenda l-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) (D022847/02 - 2012/2813(RPS) - skadenza: 28/12/2012) irreferut responsabbli: ENVI opinjoni: ITRE, IMCO
- Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru .../... li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 10/2011 dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f'kuntatt mal-ikel (D022886/02 - 2012/2792(RPS) - skadenza: 19/11/2012) irreferut responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru .../... li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 fir-rigward tal-addittiv tal-ikel Diaċetat tal-potassju (D022890/02 - 2012/2818(RPS) - skadenza: 04/01/2013) irreferut responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru .../... li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tad-dikarbonat tad-dimetil (E 242) f'ċertu xorb alkoħoliku (D022891/02 - 2012/2811(RPS) - skadenza: 27/11/2012) irreferut responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru .../... li jemenda l-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal dak li jikkonċerna l-livelli massimi ta' melamina f'ikel fil-laned għall-annimali domestiċi (D022995/03 - 2012/2851(RPS) - skadenza: 24/01/2013) irreferut responsabbli: ENVI opinjoni: AGRI
- Direttiva li tadatta għat-tieni darba għall-progress xjentifiku u tekniku l-Annessi tad-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (D022996/01 - 2012/2852(RPS) - skadenza: 24/11/2012) irreferut responsabbli: TRAN
- Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-istabbilment tal-kriterji u l-proċedura għad-deżinjazzjoni tar-Reġistru u s-sejħa għall-espressjonijiet ta’ interess għall-għażla tar-“Reġistru tad-Dominju tal-Ogħla Livell .eu” (D023252/01 - 2012/2828(RPS) - skadenza: 11/01/2013) irreferut responsabbli: ITRE opinjoni: JURI
- Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru .../... li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabbiltà skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju 1 (D023547/01 - 2012/2834(RPS) - skadenza: 12/01/2013) irreferut responsabbli: ECON opinjoni: JURI
7. Deċiżjonijiet dwar ċerti dokumenti
Deċiżjoni biex jiġu ppreparati rapporti ta' inizjattiva (Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura)
- Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2013 (2012/2256(INI)) (opinjoni: AFCO, ENVI, REGI, BUDG)
Kumitat EMPL
- Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Aspetti Soċjali u tal-Impjieg fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2013 (2012/2257(INI)) (opinjoni: REGI, BUDG)
Kumitat ENVI
- Is-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni dwar it-Tixjiħ Attiv u b'Saħħtu (2012/2258(INI)) (opinjoni: ITRE, LIBE, REGI, EMPL)
Kumitat FEMM
- Id-drittijiet tan-nisa fil-pajjiżi Balkani f'fażi ta' adeżjoni (2012/2255(INI))
Deċiżjoni biex jiġu ppreparati rapporti ta' inizjattiva (Artikolu 90 tar-Regoli ta' Proċedura)
Kumitat AFET
- Rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-SEAE dwar in-negozjati għal ftehim imsaħħaħ ta' sħubija u kooperazzjoni bejn l-UE u l-Kazakistan (2012/2153(INI)) (opinjoni: INTA)
Deċiżjoni biex jiġu ppreparati rapporti ta' inizjattiva (Artikolu 121(3) tar-Regoli ta' Proċedura)
Kumitat AFET
- Rakkomandazzjoni lis-SEAE u lill-Kunsill dwar ir-rieżami 2013 tal-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-SEAE (2012/2253(INI)) (opinjoni: ENVI)
Deċiżjoni biex jiġu ppreparati rapporti ta' inizjattiva (Artikolu 205(2) tar-Regoli ta' Proċedura)
- Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Aspetti Soċjali u tal-Impjieg fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2013 (2012/2257(INI)) Kumitati assoċjati EMPL, BUDG
- Aġenda għal Pensjonijiet Adegwati, Sikuri u Sostenibbli ( 2012/2234(INI)) Kumitati assoċjati EMPL, ECON
(opinjoni: FEMM, ITRE, IMCO, ECON)
Kumitat INTA
- Aċċes tal-prodotti u s-servizzi ta' pajjiżi terzi għas-suq intern tal-Unjoni fl-akkwist pubbliku u l-proċeduri li jappoġġaw in-negozjati dwar l-aċċess tal-prodotti u s-servizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku ta' pajjiżi terzi (COM(2012)0124 - C7-0084/2012 - 2012/0060(COD))
- Is-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni dwar it-Tixjiħ Attiv u b'Saħħtu (2012/2258(INI)) Kumitati assoċjati ENVI, EMPL
(opinjoni: ITRE, LIBE, REGI, EMPL)
Modifika tar-Riferimenti lill-kumitati
Kumitat EMPL
- Problemi kostituzzjonali ta' governanza b'diversi livelli fl-Unjoni Ewropea (2012/2078(INI)) irreferut responsabbli: AFCO opinjoni: EMPL, ECON, REGI
Kumitat DEVE
- Rapport annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja 2011 u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni (2012/2145(INI)) irreferut responsabbli: AFET opinjoni: FEMM, DEVE
- L-impatt tal-kriżi ekonomika u finanzjarja fuq id-drittijiet tal-bniedem (2012/2136(INI)) irreferut responsabbli: AFET opinjoni: DEVE
Kumitat ECON
- Kwittanza 2011: L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (AEAPX) (COM(2012)0436 - C7-0271/2012 - 2012/2208(DEC)) irreferut responsabbli: CONT opinjoni: EMPL, ECON
Kumitat ENVI
- Sistema Komunitarja għar-reġistrazzjoni tat-trasportaturi ta’ materjali radjuattivi (COM(2011)0518 - C7-0253/2011 - 2011/0225(NLE)) irreferut responsabbli: ITRE opinjoni: ENVI, TRAN
Modifiki tar-riferimenti lill-Kumitati (Artikolu 37 tar-Regoli ta' Proċedura)
Kumitat JURI
- Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi rekwiżiti għall-protezzjoni tas-saħħa tal-pubbliku ġenerali fir-rigward ta' sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem - COM(2012)0147 - 2012/0074 NLE
irreferut responsabbli: ENVI
opinjoni: ITRE, JURI
Proposta biex jiġu emendati r-Regoli ta' Proċedura (Artikolu 212 tar-Regoli ta' Proċedura)
- Emenda tal-Artikolu 15(2), it-tieni subparagrafu, tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament dwar l-ordni ta' preċedenza tal-Viċi Presidenti eletti b'akklamazzjoni (2012/2020(REG))
8. Trasferiment ta' approprjazzjonijiet
Bi qbil mal-Artikolu 24 tar-Regolament Finanzjarju kif interpretat fil-Punt 20 tad-Dikjarazzjoni Konġunta dwar miżuri tranżitorji applikabbli għall-proċedura baġitarja wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, l-Ombudsman Ewropew ikkomunika lill-Awtorità tal-baġit il-proposta tiegħu għal trasferiment ta' approprjazzjonijiet 3/2012.
° ° ° °
Bi qbil mal-Artikoli 43 u 24 tar-Regolament Finanzjarju kif interpretat fil-Punt 20 tad-Dikjarazzjoni Konġunta dwar miżuri tranżitorji applikabbli għall-proċedura baġitarja wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, il-Kumitat għall-Baġits approva l-proposta tal-Kummissjoni għal trasferiment ta' approprjazzjonijiet 2/2012 tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.
° ° ° °
Bi qbil mal-Artikolu 22(2) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat għall-Baġits iddeċieda li ma jippreżentax oġġezzjoni għall-abbozz imressaq mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna dwar it-trasferiment ta' approprjazzjonijiet 3/2012.
° ° ° °
Bi qbil mal-Artikolu 24(4) tar-Regolament Finanzjarju kif interpretat fil-Punt 20 tad-Dikjarazzjoni Konġunta dwar miżuri tranżitorji applikabbli għall-proċedura baġitarja wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, il-Kumitat għall-Baġits approva l-proposta tal-Kummissjoni għat-trasferiment tal-approprjazzjonijiet DEC 27/2012 (N7-0096/2012 - C7-0295/2012 - 2012/2231(GBD)).
Bi qbil mal-Artikolu 24(4) tar-Regolament Finanzjarju kif interpretat fil-Punt 20 tad-Dikjarazzjoni Konġunta dwar miżuri tranżitorji applikabbli għall-proċedura baġitarja wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, il-Kumitat għall-Baġits approva l-proposta tal-Kummissjoni għat-trasferiment tal-approprjazzjonijiet DEC 28/2012 (N7-0097/2012 - C7-0296/2012 - 2012/2232(GBD)).
Bi qbil mal-Artikolu 24(4) tar-Regolament Finanzjarju kif interpretat fil-Punt 20 tad-Dikjarazzjoni Konġunta dwar miżuri tranżitorji applikabbli għall-proċedura baġitarja wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, il-Kumitat għall-Baġits approva l-proposta tal-Kummissjoni għat-trasferiment tal-approprjazzjonijiet DEC 29/2012 (N7-0098/2012 - C7-0298/2012 - 2012/2236(GBD)).
Bi qbil mal-Artikolu 24(4) tar-Regolament Finanzjarju kif interpretat fil-Punt 20 tad-Dikjarazzjoni Konġunta dwar miżuri tranżitorji applikabbli għall-proċedura baġitarja wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, il-Kumitat għall-Baġits approva l-proposta tal-Kummissjoni għat-trasferiment tal-approprjazzjonijiet DEC 30/2012 (N7-0100/2012 - C7-0307/2012 - 2012/2244(GBD)).
Bi qbil mal-Artikolu 24(4) tar-Regolament Finanzjarju kif interpretat fil-Punt 20 tad-Dikjarazzjoni Konġunta dwar miżuri tranżitorji applikabbli għall-proċedura baġitarja wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, il-Kumitat għall-Baġits approva l-proposta tal-Kummissjoni għat-trasferiment tal-approprjazzjonijiet DEC 31/2012 (N7-0101/2012 - C7-0308/2012 - 2012/2245(GBD)).
Bi qbil mal-Artikolu 24(4) tar-Regolament Finanzjarju kif interpretat fil-Punt 20 tad-Dikjarazzjoni Konġunta dwar miżuri tranżitorji applikabbli għall-proċedura baġitarja wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, il-Kumitat għall-Baġits approva l-proposta tal-Kummissjoni għat-trasferiment tal-approprjazzjonijiet DEC 32/2012 (N7-0099/2012 - C7-0306/2012 - 2012/2243(GBD)).
Bi qbil mal-Artikolu 24(4) tar-Regolament Finanzjarju kif interpretat fil-Punt 20 tad-Dikjarazzjoni Konġunta dwar miżuri tranżitorji applikabbli għall-proċedura baġitarja wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, il-Kumitat għall-Baġits approva l-proposta tal-Kummissjoni għat-trasferiment tal-approprjazzjonijiet DEC 33/2012 (N7-0102/2012 - C7-0309/2012 - 2012/2246(GBD)).
Bi qbil mal-Artikolu 24(4) tar-Regolament Finanzjarju kif interpretat fil-Punt 20 tad-Dikjarazzjoni Konġunta dwar miżuri tranżitorji applikabbli għall-proċedura baġitarja wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, il-Kumitat għall-Baġits approva l-proposta tal-Kummissjoni għat-trasferiment tal-approprjazzjonijiet DEC 34/2012 (N7-0105/2012 - C7-0324/2012 - 2012/2249(GBD)).
° ° ° °
Bi qbil mal-Artikolu 22(2) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat għall-Baġits iddeċieda li ma jippreżentax oġġezzjoni għall-abbozz imressaq mill-Kumitat tar-Reġjuni dwar it-trasferimenti ta' approprjazzjonijiet INF 4/2012, INF 5/2012, INF 6/2012, INF 7/2012 u INF 8/2012.
Bi qbil mal-Artikolu 22(2) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat għall-Baġits iddeċieda li ma jippreżentax oġġezzjoni għall-abbozz imressaq mill-Qorti tal-Ġustizzja dwar it-trasferimenti ta' approprjazzjonijiet 3/2012, 4/2012 u 5/2012.
Bi qbil mal-Artikolu 22(2) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat għall-Baġits iddeċieda li ma jippreżentax oġġezzjoni għall-abbozz imressaq mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar it-trasferiment ta' approprjazzjonijiet INF 02/2012.
9. Dokumenti mressqa
Tressqu dawn id-dokumenti li ġejjin:
1) mill-Kunsill u mill-Kummissjoni
- Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar il-migrazzjoni mis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta' Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (riformulazzjoni) (inkluża l-parteċipazzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda) (11142/1/2012 - C7-0330/2012 - 2012/0033A(NLE))
irreferut
responsabbli:
LIBE
opinjoni:
JURI
- Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar il-migrazzjoni mis-Sistema ta’ Informazzjoni ta' Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (riformulazzjoni) (mingħajr il-parteċipazzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda) (11143/1/2012 - C7-0331/2012 - 2012/0033B(NLE))
irreferut
responsabbli:
LIBE
opinjoni:
JURI
- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta' tagħmir tar-radju (COM(2012)0584 - C7-0333/2012 - 2012/0283(COD)) F'konformità mal-Artikolu 124(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President informa li se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.
irreferut
responsabbli:
IMCO
opinjoni:
CULT, ENVI, ITRE
- Proposta għal trasferiment ta' approprijazzjonijiet DEC 41/2012 - Sezzjoni III - Kummissjoni (N7-0110/2012 - C7-0352/2012 - 2012/2267(GBD))
irreferut
responsabbli:
BUDG
- Proposta għal trasferiment ta' approprijazzjonijiet DEC 42/2012 - Sezzjoni III - Kummissjoni (N7-0111/2012 - C7-0353/2012 - 2012/2268(GBD))
irreferut
responsabbli:
BUDG
- Proposta għal trasferiment ta' approprijazzjonijiet DEC 43/2012 - Sezzjoni III - Kummissjoni (N7-0112/2012 - C7-0354/2012 - 2012/2269(GBD))
irreferut
responsabbli:
BUDG
- Proposta għal trasferiment ta' approprijazzjonijiet DEC 44/2012 - Sezzjoni III - Kummissjoni (N7-0113/2012 - C7-0355/2012 - 2012/2270(GBD))
irreferut
responsabbli:
BUDG
- Proposta għal trasferiment ta' approprijazzjonijiet DEC 45/2012 - Sezzjoni III - Kummissjoni (N7-0114/2012 - C7-0356/2012 - 2012/2271(GBD))
irreferut
responsabbli:
BUDG
- Proposta għal trasferiment ta' approprijazzjonijiet DEC 46/2012 - Sezzjoni III - Kummissjoni (N7-0115/2012 - C7-0357/2012 - 2012/2272(GBD))
irreferut
responsabbli:
BUDG
- Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar is-segwitu għad-deċiżjoni ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2010 (Sommarju) (COM(2012)0585)
irreferut għal informazzjoni:
CONT, BUDG
2) mill-kumitati parlamentari, ir-rapporti
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (COM(2012)0270 - C7-0146/2012 - 2012/0145(COD)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Vital Moreira (A7-0243/2012)
- Rapport dwar strumenti finanzjarji innovattivi fil-kuntest tal-qafas finanzjarju multiannwali li jmiss (2012/2027(INI)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Eider Gardiazábal Rubial (A7-0270/2012)
- *** Rakkomandazzjoni dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova dwar il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (08741/2012 - C7-0173/2012 - 2012/0069(NLE)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Vital Moreira (A7-0272/2012)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolment tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar xi proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq in-naħa l-waħda, u r-Repubblika tas-Serbja, fuq in-naħa l-oħra, u sabiex jiġi applikat il-Ftehim Temporanju bejn il-Komunità Ewropea, fuq in-naħa l-waħda, u r-Repubblika tas-Serbja, fuq in-naħa l-oħra (COM(2011)0938 - C7-0010/2012 - 2011/0465(COD)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Iuliu Winkler (A7-0273/2012)
- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar il-koordinazzjoni ta' programmi ta' ttikkettar tal-effiċjenza tal-enerġija ta' tagħmir tal-uffiċċji (09890/2012 - C7-0134/2012 - 2012/0048(NLE)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Béla Kovács (A7-0275/2012)
- * Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar il-protezzjoni konsolari taċ-ċittadini tal-Unjoni li jkunu jinsabu barra minn pajjiżhom (COM(2011)0881 - C7-0017/2012 - 2011/0432(CNS)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Edit Bauer (A7-0288/2012)
- Rapport dwar ir-rapport annwali li jikkonċerna l-attivitajiet tal-Ombudsman fis-sena 2011 (2012/2049(INI)) - Kumitat PETI - Rapporteur: Erminia Mazzoni (A7-0297/2012)
- Rapport dwar ir-Rapport 2011 tal-UE dwar il-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp (2012/2063(INI)) - Kumitat DEVE - Rapporteur: Birgit Schnieber-Jastram (A7-0302/2012)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament [EMIR] dwar id-derivati OTC, il-kontropartijiet ċentrali u r-repożitorji tan-negozju (COM(2011)0652 - C7-0359/2011 - 2011/0296(COD)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Markus Ferber (A7-0303/2012)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li tirrevoka d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Tfassil mill-ġdid) (COM(2011)0656 - C7-0382/2011 - 2011/0298(COD)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Markus Ferber (A7-0306/2012)
- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, għan-nom tal-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni [dwar l-Assistenza] Alimentari (12267/2012 - C7-0210/2012 - 2012/0183(NLE)) - Kumitat DEVE - Rapporteur: Nirj Deva (A7-0309/2012)
- Rapport dwar l-20 preokkupazzjonijiet ewlenin taċ-ċittadini u n-negozji Ewropej rigward il-funzjonament tas-Suq Uniku (2012/2044(INI)) - Kumitat IMCO - Rapporteur: Regina Bastos (A7-0310/2012)
- Rapport dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Implimentazzjoni tal-prijoritajiet 2012 (2012/2150(INI)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Jean-Paul Gauzès (A7-0312/2012)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (COM(2012)0277 - C7-0137/2012 - 2012/0143(COD)) - Kumitat PECH - Rapporteur: Ian Hudghton (A7-0314/2012)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/17/KE billi testendi l-perjodu ta' applikazzjoni tagħha u billi taġġorna l-ismijiet ta' pajjiż terz u tal-awtoritajiet responsabbli għall-approvazzjoni u l-kontroll tal-produzzjoni (COM(2012)0343 - C7-0161/2012 - 2012/0165(COD)) - Kumitat AGRI - Rapporteur: Paolo De Castro (A7-0315/2012)
- * Rapport dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill fir-rigward tal-ħatra ta' Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (N7-0084/2012 - C7-0195/2012 - 2012/0806(NLE)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Sharon Bowles (A7-0348/2012)
10. Dibattitu dwar każi ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tal-prinċipji tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt (tħabbir tal-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa)
Il-Membri jew il-gruppi politiċi li ġejjin talbu li jiġi organizzat dibattitu ta' dan it-tip, skont l-Artikolu 122 tar-Regoli ta' Proċedura, dwar il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li ġejjin:
I. Is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Emirati Għarab Magħquda
- Véronique De Keyser, Ana Gomes, Pino Arlacchi u Liisa Jaakonsaari f'isem il-Grupp S&D, dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Emirati Għarab Magħquda (B7-0476/2012);
- Fiorello Provera, Oreste Rossi, Francesco Enrico Speroni, Jaroslav Paška u Juozas Imbrasas f'isem il-Grupp EFD, dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Emirati Għarab Magħquda (B7-0479/2012);
- José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Anna Maria Corazza Bildt, Cristian Dan Preda, Mario Mauro, Bernd Posselt, Elmar Brok, Roberta Angelilli, Tunne Kelam, Philippe Boulland, Eija-Riitta Korhola, Sergio Paolo Francesco Silvestris, Zuzana Roithová, Monica Luisa Macovei, Sari Essayah, Giovanni La Via u Laima Liucija Andrikienė f'isem il-Grupp PPE, dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Emirati Għarab Magħquda (B7-0481/2012);
- Charles Tannock f'isem il-Grupp ECR, dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Emirati Għarab Magħquda (B7-0484/2012);
- Willy Meyer, Patrick Le Hyaric, Marie-Christine Vergiat u Jean-Luc Mélenchon f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Emirati Għarab Magħquda (B7-0487/2012);
- Barbara Lochbihler, Nicole Kiil-Nielsen, Rui Tavares u Raül Romeva i Rueda f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Emirati Għarab Magħquda (B7-0489/2012);
- Edward McMillan-Scott, Marietje Schaake, Kristiina Ojuland, Robert Rochefort, Marielle de Sarnez, Ramon Tremosa i Balcells, Izaskun Bilbao Barandica, Sonia Alfano, Jelko Kacin, Sarah Ludford, Johannes Cornelis van Baalen u Graham Watson f'isem il-Grupp ALDE, dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Emirati Għarab Magħquda (B7-0492/2012).
II. Diskriminazzjoni kontra t-tfajliet fil-Pakistan, b'mod partikolari l-każ ta' Malala Yousafzai
- Véronique De Keyser, Ana Gomes, Corina Creţu, Robert Goebbels u Marc Tarabella f'isem il-Grupp S&D, dwar id-diskriminazzjoni kontra t-tfajliet fil-Pakistan, b'mod partikolari l-każ ta' Malala Yousafzai (B7-0477/2012);
- Fiorello Provera, Oreste Rossi, Francesco Enrico Speroni, Jaroslav Paška, Juozas Imbrasas u Bastiaan Belder f'isem il-Grupp EFD, dwar id-diskriminazzjoni kontra t-tfajliet fil-Pakistan, b'mod partikolari l-każ ta' Malala Yousafzai (B7-0480/2012);
- José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Cristian Dan Preda, Mario Mauro, Elmar Brok, Laima Liucija Andrikienė, Bernd Posselt, Filip Kaczmarek, Tunne Kelam, Philippe Boulland, Eija-Riitta Korhola, Edit Bauer, Roberta Angelilli, Sergio Paolo Francesco Silvestris, Zuzana Roithová, Monica Luisa Macovei, Sari Essayah, Giovanni La Via, Eduard Kukan u Jarosław Leszek Wałęsa f'isem il-Grupp PPE, dwar id-diskriminazzjoni kontra t-tfajliet fil-Pakistan, b'mod partikolari l-każ ta' Malala Yousafzai (B7-0482/2012);
- Charles Tannock, Marina Yannakoudakis u Paweł Robert Kowal f'isem il-Grupp ECR, dwar id-diskriminazzjoni kontra t-tfajliet fil-Pakistan, b'mod partikolari l-każ ta' Malala Yousafzai (B7-0485/2012);
- Jean Lambert, Nicole Kiil-Nielsen, Rui Tavares u Raül Romeva i Rueda f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar id-diskriminazzjoni kontra t-tfajliet fil-Pakistan, b'mod partikolari l-każ ta' Malala Yousafzai (B7-0490/2012);
- Jean-Luc Bennahmias, Marietje Schaake, Kristiina Ojuland, Edward McMillan-Scott, Ramon Tremosa i Balcells, Marielle de Sarnez, Izaskun Bilbao Barandica, Robert Rochefort, Sonia Alfano, Leonidas Donskis, Jelko Kacin, Charles Goerens, Sarah Ludford, Johannes Cornelis van Baalen u Graham Watson f'isem il-Grupp ALDE, dwar id-diskriminazzjoni kontra t-tfajliet fil-Pakistan, b'mod partikolari l-każ ta' Malala Yousafzai (B7-0493/2012);
- Marie-Christine Vergiat, Patrick Le Hyaric u Willy Meyer f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar id-diskriminazzjoni kontra t-tfajliet fil-Pakistan, b'mod partikolari l-każ ta' Malala Yousafzai (B7-0495/2012).
III. Is-sitwazzjoni fil-Kambodja
- Véronique De Keyser, Ana Gomes, Corina Creţu, Robert Goebbels u Marc Tarabella f'isem il-Grupp S&D, dwar is-sitwazzjoni fil-Kambodja (B7-0478/2012);
- José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Cristian Dan Preda, Bernd Posselt, Elmar Brok, Roberta Angelilli, Mario Mauro, Tunne Kelam, Philippe Boulland, Eija-Riitta Korhola, Sergio Paolo Francesco Silvestris, Zuzana Roithová, Monica Luisa Macovei, Sari Essayah, Giovanni La Via, Csaba Sógor, Laima Liucija Andrikienė u Eduard Kukan f'isem il-Grupp PPE, dwar is-sitwazzjoni fil-Kambodja (B7-0483/2012);
- Charles Tannock, Adam Bielan u Paweł Robert Kowal f'isem il-Grupp ECR, dwar is-sitwazzjoni fil-Kambodja (B7-0486/2012);
- Marie-Christine Vergiat, Patrick Le Hyaric u Willy Meyer f'isem il-Grupp GUE/NGL dwar il-Kambodja (B7-0488/2012);
- Barbara Lochbihler, Nicole Kiil-Nielsen, Rui Tavares u Raül Romeva i Rueda f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar is-sitwazzjoni fil-Kambodja (B7-0491/2012);
- Niccolò Rinaldi, Graham Watson, Marietje Schaake, Ramon Tremosa i Balcells, Izaskun Bilbao Barandica, Robert Rochefort, Marielle de Sarnez, Kristiina Ojuland, Sonia Alfano, Jelko Kacin, Sarah Ludford, Edward McMillan-Scott, Johannes Cornelis van Baalen, Anneli Jäätteenmäki u Cecilia Wikström f'isem il-Grupp ALDE, dwar is-sitwazzjoni fil-Kambodja (B7-0494/2012).
Il-ħin għad-diskorsi se jiġi allokat skont l-Artikolu 149 tar-Regoli tal-Proċedura.
11. Att dwar is-Suq Uniku II - Il-preokkupazzjonijiet taċ-ċittadini u l-impriżi Ewropej dwar il-funzjonament tas-Suq Uniku (dibattitu)
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Att dwar is-Suq Uniku II
Rapport dwar l-20 preokkupazzjonijiet ewlenin taċ-ċittadini u n-negozji Ewropej rigward il-funzjonament tas-Suq Uniku [2012/2044(INI)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Regina Bastos (A7-0310/2012)
Regina Bastos ippreżentat ir-rapport tagħha.
PRESIDENZA: Othmar KARAS Viċi President
Michel Barnier (Membru tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni.
Tkellmu Alajos Mészáros (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ITRE), Heinz K. Becker (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat PETI), Evelyn Regner (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat JURI), li wieġbet ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Paul Rübig, Andreas Schwab f'isem il-Grupp PPE, Bernadette Vergnaud f'isem il-Grupp S&D, Jürgen Creutzmann f'isem il-Grupp ALDE, u Heide Rühle f'isem il-Grupp Verts/ALE, li wieġbet ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Andreas Schwab, Malcolm Harbour f'isem il-Grupp ECR, Cornelis de Jong f'isem il-Grupp GUE/NGL, Claudio Morganti f'isem il-Grupp EFD, Franz Obermayr Membru mhux affiljat, Małgorzata Handzlik, Mitro Repo, Toine Manders, Karim Zéribi, Emma McClarkin, John Bufton, Ewald Stadler, Ádám Kósa, Marc Tarabella, Zofija Mazej Kukovič, Sergio Gaetano Cofferati u Olle Schmidt.
PRESIDENZA: Anni PODIMATA Viċi President
Tkellmu Pablo Arias Echeverría, António Fernando Correia de Campos, Ildikó Gáll-Pelcz, Barbara Weiler u Othmar Karas.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Anna Maria Corazza Bildt, Catherine Stihler, Cristian Silviu Buşoi, João Ferreira, Phil Prendergast, Paul Rübig, Olga Sehnalová, Hubert Pirker, Luís Paulo Alves, Angelika Werthmann, Gilles Pargneaux, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Jaroslav Paška, Sylvana Rapti, María Irigoyen Pérez, Vital Moreira u Danuta Jazłowiecka.
Tkellmu Andreas Mavroyiannis (President fil-kariga tal-Kunsill), Michel Barnier u Regina Bastos.
12. Il-programm Erasmus jinsab fil-periklu? (dibattitu)
Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Il-programm Erasmus jinsab fil-periklu?
Andreas Mavroyiannis (President fil-kariga tal-Kunsill) u Janusz Lewandowski (Membru tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.
Tkellmu Doris Pack f'isem il-Grupp PPE, Hannes Swoboda f'isem il-Grupp S&D, Morten Løkkegaard f'isem il-Grupp ALDE, Helga Trüpel f'isem il-Grupp Verts/ALE, Marek Henryk Migalski f'isem il-Grupp ECR, Willy Meyer f'isem il-Grupp GUE/NGL, Marta Andreasen f'isem il-Grupp EFD, Francisco Sosa Wagner Membru mhux affiljat, Marco Scurria, Katarína Neveďalová, Malika Benarab-Attou, Jacky Hénin, Mario Borghezio, Heinz K. Becker, Eider Gardiazábal Rubial u Sławomir Nitras.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Roberta Angelilli, Georgios Papanikolaou, Silvia Costa, Silvia-Adriana Ţicău, Hannu Takkula, Ana Miranda, José Manuel Fernandes, Chrysoula Paliadeli, Miloslav Ransdorf, Salvador Garriga Polledo, Piotr Borys u Antonio Masip Hidalgo.
Tkellmu Janusz Lewandowski u Andreas Mavroyiannis.
Id-dibattitu ngħalaq.
PRESIDENZA: Gianni PITTELLA Viċi President
13. Kompożizzjoni tal-gruppi politiċi
Vincenzo Iovine aderixxa mal-Grupp S&D b'effett mill-24 ta' Ottubru 2012.
14. Ħin tal-votazzjonijiet
Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ) jidhru fl-Anness 'Riżultati tal-Votazzjonijiet', mehmuż mal-Minuti.
Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq Europarl.
14.1. Proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni KE-Serbja u l-Ftehim Temporanju KE-Serbja ***I (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolment tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar xi proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq in-naħa l-waħda, u r-Repubblika tas-Serbja, fuq in-naħa l-oħra, u sabiex jiġi applikat il-Ftehim Temporanju bejn il-Komunità Ewropea, fuq in-naħa l-waħda, u r-Repubblika tas-Serbja, fuq in-naħa l-oħra [COM(2011)0938 - C7-0010/2012- 2011/0465(COD)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Iuliu Winkler (A7-0273/2012)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 1)
PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI, EMENDI u ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
14.2. Estensjoni tal-perjodu ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2003/17/KE tal-Kunsill u aġġornament tal-ismijiet ta' pajjiż terz u tal-awtoritajiet responsabbli għall-approvazzjoni u l-kontroll tal-produzzjoni ***I (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/17/KE billi testendi l-perjodu ta' applikazzjoni tagħha u billi taġġorna l-ismijiet ta' pajjiż terz u tal-awtoritajiet responsabbli għall-approvazzjoni u l-kontroll tal-produzzjoni [COM(2012)0343 - C7-0161/2012- 2012/0165(COD)] - Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali. Rapporteur: Paolo De Castro (A7-0315/2012)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 2)
PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI, EMENDI u ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
14.3. Konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd ***I (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd [COM(2012)0277 - C7-0137/2012- 2012/0143(COD)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Ian Hudghton (A7-0314/2012)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 3)
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
Ian Hudghton (rapporteur) għamel dikjarazzjoni skont l-Artikolu 138(4) tar-Regoli ta' Proċedura.
14.4. Protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel *** (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rakkomandazzjoni dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova dwar il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel [08741/2012 - C7-0173/2012- 2012/0069(NLE)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Vital Moreira (A7-0272/2012)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 4)
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
Vital Moreira (rapporteur) għamel dikjarazzjoni skont l-Artikolu 138(4) tar-Regoli ta' Proċedura.
Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim.
14.5. Il-konklużjoni, għan-nom tal-UE, tal-Konvenzjoni dwar l-Assistenza Alimentari *** (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, għan-nom tal-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni dwar l-Assistenza Alimentari [12267/2012 - C7-0210/2012- 2012/0183(NLE)] - Kumitat għall-Iżvilupp. Rapporteur: Nirj Deva (A7-0309/2012)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 5)
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
Nirj Deva (rapporteur) għamel dikjarazzjoni skont l-Artikolu 138(4) tar-Regoli ta' Proċedura.
Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim.
14.6. Il-protezzjoni konsolari taċ-ċittadini tal-Unjoni li jkunu jinsabu barra minn pajjiżhom * (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għad-Direttiva tal-Kunsill dwar il-protezzjoni konsolari taċ-ċittadini tal-Unjoni li jkunu jinsabu barra minn pajjiżhom [COM(2011)0881 - C7-0017/2012- 2011/0432(CNS)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Edit Bauer (A7-0288/2012)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 6)
PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI, EMENDI u ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
Edit Bauer (rapporteur) għamlet dikjarazzjoni skont l-Artikolu 138(4) tar-Regoli ta' Proċedura.
14.7. Il-preokkupazzjonijiet taċ-ċittadini u l-impriżi Ewropej dwar il-funzjonament tas-Suq Uniku (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar l-20 preokkupazzjonijiet ewlenin taċ-ċittadini u n-negozji Ewropej rigward il-funzjonament tas-Suq Uniku [2012/2044(INI)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Regina Bastos (A7-0310/2012)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 7)
14.8. Ħatra ta' membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (votazzjoni)
Rapport dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill fir-rigward tal-ħatra ta' Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew [N7-0084/2012 - C7-0195/2012- 2012/0806(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Sharon Bowles (A7-0348/2012)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 8) (votazzjoni bi skrutinju sigriet) Il-lista tal-Membri li vvutaw hija annessa mal-Minuti (Anness 1 tal- Minuti ta' 25.10.2012)
14.9. Protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea [COM(2012)0270 - C7-0146/2012- 2012/0145(COD)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Vital Moreira (A7-0243/2012)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 9)
Minħabba li aktar minn 40 Membru oġġezzjonaw għall-emenda orali, din ma ġietx inkorporata.
Michael Cashman u Gay Mitchell dwar din l-emenda orali.
15. Spjegazzjonijiet tal-vot
Spjegazzjonijiet bil-miktub tal-vot:
L-ispjegazzjonijiet tal-vot li tressqu bil-miktub, bi qbil mal-Artikolu 170 tar-Regoli ta' Proċedura, jidhru fir-rapport verbatim ta' din is-seduta.
Spjegazzjonijiet orali tal-vot:
Rapport Regina Bastos - A7-0310/2012 Raffaele Baldassarre, Philippe Juvin, Constance Le Grip, Oreste Rossi, Mitro Repo, Nirj Deva, Francesco De Angelis, Monica Luisa Macovei, Adam Bielan, Seán Kelly u Elena Băsescu
In-negozjati kummerċjali tal-UE mal-Ġappun – B7-0462/2012 Nirj Deva, Adam Bielan, Csaba Sógor, Charles Tannock, Hannu Takkula, Seán Kelly u Anna Záborská
16. Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot
Il-korrezzjonijiet għall-voti u l-intenzjonijiet tal-vot jidhru fis-sit "Séance en direct", "Résultats des votes (appels nominaux) / Results of votes (roll-call votes)" u fil-verżjoni stampata tal-anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet b'sejħa tal-Ismijiet".
Il-verżjoni elettronika fuq il-Europarl tiġi aġġornata regolarment tul perjodu ta' mhux aktar minn ġimagħtejn wara l-ġurnata tal-votazzjoni.
Wara li tgħaddi din l-iskadenza, il-korrezzjonijiet u l-intenzjonijiet tal-vot jiġu ffinalizzati sabiex isiru t-traduzzjonijiet u jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali.
(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 12.55 Ħin li fih tkompliet is-seduta: 15.00)
PRESIDENZA: Jacek PROTASIEWICZ Viċi President
17. Is-swieq fl-istrumenti finanzjarji, u revoka tad-Direttiva 2004/39/KE ***I - Swieq ta' strumenti finanzjarji u emenda tar-Regolament EMIR dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet ***I (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji, u revoka tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Tfassil mill-ġdid) [COM(2011)0656 - C7-0382/2011- 2011/0298(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Markus Ferber (A7-0306/2012)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament [EMIR] dwar id-derivati OTC, il-kontropartijiet ċentrali u r-repożitorji tat-tranżazzjonijiet [COM(2011)0652 - C7-0359/2011- 2011/0296(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Markus Ferber (A7-0303/2012)
Il-President feraħ lill-Kummissarju Barnier talli reġa' ġie elett fil-Viċi Presidenza tal-PPE waqt il-XXI Kungress tal-PPE f'Bukarest.
Markus Ferber ippreżenta r-rapporti tiegħu.
Tkellem Michel Barnier (Membru tal-Kummissjoni).
Tkellmu Holger Krahmer (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ITRE), Theodor Dumitru Stolojan f'isem il-Grupp PPE, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Hans-Peter Martin, Robert Goebbels f'isem il-Grupp S&D, Olle Schmidt f'isem il-Grupp ALDE, Sven Giegold f'isem il-Grupp Verts/ALE, Kay Swinburne f'isem il-Grupp ECR, Jürgen Klute f'isem il-Grupp GUE/NGL, Roger Helmer f'isem il-Grupp EFD, Hans-Peter Martin Membru mhux affiljat, Ildikó Gáll-Pelcz, Pervenche Berès, Sharon Bowles, Francisco Sosa Wagner, Burkhard Balz, Arlene McCarthy, Sylvie Goulard, Thomas Mann, George Sabin Cutaş, Werner Langen, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Sven Giegold, u Hermann Winkler.
PRESIDENZA: Georgios PAPASTAMKOS Viċi President
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Elena Băsescu u Inês Cristina Zuber.
18. Is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Implimentazzjoni tal-prijoritajiet 2012 (dibattitu)
Rapport dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Implimentazzjoni tal-prijoritajiet 2012 [2012/2150(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Jean-Paul Gauzès (A7-0312/2012)
Jean-Paul Gauzès ippreżenta r-rapport tiegħu.
Tkellem Karel De Gucht (Membru tal-Kummissjoni).
Tkellmu Catherine Trautmann (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat BUDG), Marije Cornelissen (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat EMPL), Malcolm Harbour (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat IMCO), Rafał Trzaskowski (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AFCO), Barbara Matera (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat FEMM), Markus Ferber f'isem il-Grupp PPE, Elisa Ferreira f'isem il-Grupp S&D, Sylvie Goulard f'isem il-Grupp ALDE, Emilie Turunen f'isem il-Grupp Verts/ALE, Derk Jan Eppink f'isem il-Grupp ECR, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Pervenche Berès, Marisa Matias f'isem il-Grupp GUE/NGL, Marta Andreasen f'isem il-Grupp EFD, Bruno Gollnisch Membru mhux affiljat, u Pablo Zalba Bidegain.
PRESIDENZA: Miguel Angel MARTÍNEZ MARTÍNEZ Viċi President
Tkellmu Pervenche Berès, li wieġbet ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Derk Jan Eppink, Peter van Dalen, Claudio Morganti, Auke Zijlstra, Alfredo Pallone, Mojca Kleva Kekuš, Ashley Fox, Jaroslav Paška, Gunnar Hökmark, Antolín Sánchez Presedo, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Olle Ludvigsson, Theodor Dumitru Stolojan, Krišjānis Kariņš, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Emilie Turunen, u Thomas Mann.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Elena Băsescu, Sergio Gaetano Cofferati, Angelika Werthmann, Inês Cristina Zuber u Andrew Henry William Brons.
Il-President ħabbar, skont l-Artikolu 61(1) tar-Regoli ta' Proċedura, li kien irċieva mingħand il-Kunsill il-pożizzjonijiet komuni li ġejjin, flimkien mar-raġunijiet li wasslu lill-Kunsill biex jadottahom, kif ukoll il-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar:
- Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi arranġamenti transizzjonali għal ftehimiet bilaterali ta' investiment bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi (11917/1/2012 - C7-0328/2012 - 2010/0197(COD)) irreferut responsabbli: INTA
- Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari fid-dawl tal-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 li jistabbilixxi l-Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà (10090/2/2012 - C7-0329/2012 - 2010/0303(COD)) irreferut responsabbli: TRAN
Il-perjodu ta' tliet xhur għad-dispożizzjoni tal-Parlament sabiex jadotta l-pożizzjoni tiegħu kellu jibda għalhekk mill-għada, 26 ta' Ottubru 2012.
20. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
Il-President irċieva t-talba ta' ħatra li ġejja mill-grupp Verts/ALE:
Kumitat FEMM : Ulrike Lunacek minflok Nicole Kiil-Nielsen
Din il-ħatra se titqies ratifikata jekk ma tiġix ippreżentata oġġezzjoni minn issa sal-approvazzjoni ta' dawn il-Minuti.
Rapport dwar strumenti finanzjarji innovattivi fil-kuntest tal-qafas finanzjarju multiannwali li jmiss [2012/2027(INI)] - Kumitat għall-Baġit. Rapporteur: Eider Gardiazábal Rubial (A7-0270/2012)
Eider Gardiazábal Rubial ippreżentat ir-rapport tagħha.
Tkellem Janusz Lewandowski (Membru tal-Kummissjoni).
Tkellmu Jean-Pierre Audy (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat CONT), Antonio Cancian (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ITRE), Mojca Kleva Kekuš (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat REGI), Dominique Riquet f'isem il-Grupp PPE, Göran Färm f'isem il-Grupp S&D, Anne E. Jensen f'isem il-Grupp ALDE, Tomasz Piotr Poręba f'isem il-Grupp ECR, Paul Murphy f'isem il-Grupp GUE/NGL, Ivailo Kalfin u Ricardo Cortés Lastra.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Elena Băsescu, João Ferreira, Jaroslav Paška u Petru Constantin Luhan.
Tkellmu Janusz Lewandowski u Eider Gardiazábal Rubial.
Maroš Šefčovič (Viċi President tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni.
Tkellmu Iosif Matula f'isem il-Grupp PPE, Csaba Sándor Tabajdi f'isem il-Grupp S&D, Michael Theurer f'isem il-Grupp ALDE, Barbara Lochbihler f'isem il-Grupp Verts/ALE, Charalampos Angourakis f'isem il-Grupp GUE/NGL, Ewald Stadler Membru mhux affiljat, Mariya Gabriel, Vasilica Viorica Dăncilă, Elisabeth Jeggle u Ismail Ertug, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Barbara Lochbihler.
PRESIDENZA: Alejo VIDAL-QUADRAS Viċi President
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Alajos Mészáros, Csaba Sógor, Silvia-Adriana Ţicău, Hubert Pirker, Ricardo Cortés Lastra, Petru Constantin Luhan, Jaroslav Paška, Erik Bánki, Karin Kadenbach u Elena Băsescu.
Tkellem Maroš Šefčovič.
Id-dibattitu ngħalaq.
23. Ir-Rapport Annwali dwar l-attivitajiet tal-Ombudsman Ewropew fl-2011 (dibattitu)
Rapport dwar ir-rapport annwali li jikkonċerna l-attivitajiet tal-Ombudsman fis-sena 2011 [2012/2049(INI)] - Kumitat għall-Petizzjonijiet. Rapporteur: Erminia Mazzoni (A7-0297/2012)
Erminia Mazzoni ppreżentat ir-rapport tagħha.
Tkellmu Nikiforos Diamandouros (Ombudsman) u Maroš Šefčovič (Viċi President tal-Kummissjoni).
Tkellmu Peter Jahr f'isem il-Grupp PPE, Victor Boştinaru f'isem il-Grupp S&D, Anneli Jäätteenmäki f'isem il-Grupp ALDE, Margrete Auken f'isem il-Grupp Verts/ALE, Willy Meyer f'isem il-Grupp GUE/NGL, Nikolaos Salavrakos f'isem il-Grupp EFD, Heinz K. Becker u Silvia-Adriana Ţicău.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Jarosław Leszek Wałęsa, Phil Prendergast u Elena Băsescu.
Tkellmu Maroš Šefčovič, Nikiforos Diamandouros u Erminia Mazzoni.
(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 20.15 Ħin li fih tkompliet is-seduta: 21.00)
PRESIDENZA: Roberta ANGELILLI Viċi President
24. Ir-relazzjonijiet kummerċjali UE-Russja wara l-adeżjoni tar-Russja mad-WTO (dibattitu)
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Ir-relazzjonijiet kummerċjali UE-Russja wara l-adeżjoni tar-Russja mad-WTO
Maroš Šefčovič (Viċi President tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni.
Tkellmu Ria Oomen-Ruijten f'isem il-Grupp PPE, George Sabin Cutaş f'isem il-Grupp S&D, Silvana Koch-Mehrin f'isem il-Grupp ALDE, Amelia Andersdotter f'isem il-Grupp Verts/ALE, Marek Henryk Migalski f'isem il-Grupp ECR, Helmut Scholz f'isem il-Grupp GUE/NGL, Jaroslav Paška f'isem il-Grupp EFD, Inese Vaidere, Knut Fleckenstein, Niccolò Rinaldi, David Campbell Bannerman, Jiří Maštálka, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Krzysztof Lisek, Tunne Kelam, Justas Vincas Paleckis, Kristiina Ojuland, Adam Bielan, Lena Kolarska-Bobińska, Alexander Mirsky, Krzysztof Lisek, Silvia-Adriana Ţicău u Paweł Zalewski.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Laima Liucija Andrikienė, Seán Kelly, Elena Băsescu, Vasilica Viorica Dăncilă u Rareş-Lucian Niculescu.
Tkellem Maroš Šefčovič.
Mozzjoni għal riżoluzzjoni biex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura:
- Robert Sturdy u Vital Moreira, f'isem il-Kumitat INTA, dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali UE-Russja wara l-adeżjoni tar-Russja mad-WTO (B7-0461/2012).
25. Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika
Il-Membri li ġejjin, li xtaqu jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament għal kwistjonijiet ta' importanza politika, tkellmu għal minuta skont l-Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura:
Georgios Papanikolaou, Georgios Stavrakakis, Rebecca Taylor, Amelia Andersdotter, John Bufton, Alajos Mészáros, Joseph Cuschieri, Willy Meyer, Izaskun Bilbao Barandica, Charalampos Angourakis, Csaba Sógor, Lívia Járóka, Vasilica Viorica Dăncilă, Inés Ayala Sender, Pat the Cope Gallagher, Cristian Silviu Buşoi, Martina Anderson, Rareş-Lucian Niculescu, Erik Bánki, Silvia-Adriana Ţicău, Kristiina Ojuland, Paul Murphy, Iuliu Winkler, Seán Kelly u Chris Davies.
26. L-aġenda tas-seduta li jmiss
L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 496.283/OJVE).