Emil Stoyanov ippreżenta r-riżenja mill-mandat tiegħu ta' Membru tal-Parlament Ewropew b'effett mis-16 ta' Novembru 2012.
Bi qbil mal-Artikolu 4(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-Parlament ikkonstata li l-post huwa vakanti li jiddekorri minn din id-data u informa lill-awtorità nazzjonali kkonċernata dwar dan.
° ° ° °
Viktor Uspaskich ġie elett fil-parlament nazzjonali tar-Repubblika Litwana u ppreżenta r-riżenja mill-mandat tiegħu ta' Membru tal-Parlament Ewropew b'effett mis-16 ta' Novembru 2012.
Bi qbil mal-Artikolu 4(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-Parlament ikkonstata li l-post huwa vakanti li jiddekorri minn din id-data u informa lill-awtorità nazzjonali kkonċernata dwar dan.
° ° ° °
Iliana Ivanova nħatret Membru tal-Qorti tal-Awdituri u ppreżentat ir-riżenja mill-mandat tagħha ta' Membru tal-Parlament Ewropew b'effett mill-1 ta' Jannar 2013.