Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 19 ta' Novembru 2012 - Strasburgu

6. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja

Il-President ħabbar li, flimkien mal-President tal-Kunsill, nhar l-Erbgħa se jiffirma l-atti li ġejjin, adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 74 tar-Regoli ta' Proċedura):

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2008/106/KE dwar il-livell minimu ta' taħriġ tal-baħħara (00040/2012/LEX - C7-0381/2012 - 2011/0239(COD));

- Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/17/KE billi testendi l-perjodu ta’ applikazzjoni tagħha u billi taġġorna l-ismijiet ta’ pajjiż terz u tal-awtoritajiet responsabbli għall-approvazzjoni u l-kontroll tal-produzzjoni (00055/2012/LEX - C7-0380/2012 - 2012/0165(COD));

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (00041/2012/LEX - C7-0379/2012 - 2010/0353(COD));

- Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini (2013) (00049/2012/LEX - C7-0378/2012 - 2011/0217(COD));

- Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/971/KE biex tinkludi l-materjal riproduttiv tal-foresta tal-kategorija 'kwalifikati' u biex taġġorna l-isem tal-awtoritajiet responsabbli għall-approvazzjoni u l-kontroll tal-produzzjoni (00054/2012/LEX - C7-0377/2012 - 2012/0172(COD));

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (00053/2012/LEX - C7-0376/2012 - 2012/0143(COD));

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (riformulazzjoni) (00044/2012/LEX - C7-0375/2012 - 2010/0253(COD));

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE fir-rigward tal-kontenut ta’ kubrit fil-karburanti għal użu marittimu (00031/2012/LEX - C7-0374/2012 - 2011/0190(COD)).

Avviż legali - Politika tal-privatezza