Rapport dwar il-proposta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (Riformulazzjoni) [COM(2010)0748 - C7-0433/2010- 2010/0383(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Tadeusz Zwiefka (A7-0320/2012)
Tadeusz Zwiefka ippreżenta r-rapport tiegħu.
PRESIDENZA: Othmar KARAS Viċi President
Tkellmet Viviane Reding (Viċi President tal-Kummissjoni).
Tkellmu Evelyn Regner (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat EMPL), li wieġbet ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Dimitar Stoyanov, Raffaele Baldassarre f'isem il-Grupp PPE, Antonio Masip Hidalgo f'isem il-Grupp S&D, Eva Lichtenberger f'isem il-Grupp Verts/ALE, Jaroslav Paška f'isem il-Grupp EFD, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Tadeusz Zwiefka, Jacky Hénin f'isem il-Grupp GUE/NGL, Dimitar Stoyanov Membru mhux affiljat, Roberta Angelilli, Monika Flašíková Beňová u Silvia-Adriana Ţicău.