27. L-approvazzjoni u s-sorveljanza fis-suq ta' vetturi b'żewġ jew tliet roti u kwadriċikli ***I - L-approvazzjoni tal-vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija ***I (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza fis-suq ta’ vetturi b’żewġ jew tliet roti u kwadriċikli. [COM(2010)0542 - C7-0317/2010- 2010/0271(COD)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Wim van de Camp (A7-0445/2011)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tal-vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija [COM(2010)0395 - C7-0204/2010- 2010/0212(COD)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Pier Antonio Panzeri (A7-0446/2011)
Wim van de Camp u Pier Antonio Panzeri ppreżentaw ir-rapporti.
Tkellem Antonio Tajani (Viċi President tal-Kummissjoni).
Tkellmu Roberts Zīle (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat TRAN), Ildikó Gáll-Pelcz f'isem il-Grupp PPE, Kerstin Westphal f'isem il-Grupp S&D, Toine Manders f'isem il-Grupp ALDE, Malcolm Harbour f'isem il-Grupp ECR, John Bufton f'isem il-Grupp EFD, Jacky Hénin f'isem il-Grupp GUE/NGL, Gay Mitchell, Silvia-Adriana Ţicău, Riikka Manner, Oreste Rossi u Jim Higgins.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Elena Băsescu, Phil Prendergast, Ryszard Czarnecki u Jaroslav Paška.
Tkellmu Antonio Tajani, Wim van de Camp u Pier Antonio Panzeri.